Mill-Papa Ljun XIV u Papiet oħra qablu



Il-Papa Ljun XIV

Robert Francis Prevost twieled f’Chicago, Illinois, fl-Istati Uniti, fl-14 ta’ Settembru, 1955, u kien maħtur mexxej tal-Knisja Kattolika fit-8 ta’ Mejju 2025. Huwa l-ewwel Papa li twieled fl-Istati Uniti u l-ewwel wieħed ukoll mill-Ordni Agostinjan …

Aktar …



Il-Papa Franġisku

Jorge Mario Bergoglio twieled fi Buenos Aires fl-Arġentina fis-17 ta’ Diċembru 1936 u miet fil-21 ta’ April 2025. Kien mexxej tal-Knisja Kattolika mit-13 ta’ Marzu 2013. sa mewtu. Kien l-ewwel Papa Ġiżwita, l-ewwel wieħed mill-Amerika Latina …

Aktar …



Il-Papa Benedittu XVI

Joseph Ratzinger twieled f’Marktl fil-Ġermanja fis-16 ta’ April 1927 u miet fil-31 ta’ Diċembru 2022. Huwa kien il-mexxej tal-Knisja Kattolika bejn l-2005 sar-riżenja tiegħu fl-2013. Wara hu għażel li jkun magħruf bħala “Papa Emeritu”, titlu li żamm sa mewtu …

Aktar …



Il-Papa Ġwanni Pawlu II

Karol Józef Wojtyłan twieled f’ Wadowice fil-Polonja fit-18 ta’ Mejju 1920 u miet fit-2 ta’ April 2005. Kien mexxej tal-Knisja Kattolika mis-16 ta’ Ottubru 1978 sa mewtu. Huwa kien l-ewwel Papa mhux Taljan minn Adrijanu VI fis-seklu 16, kif ukoll it-tielet bl-itwal pontifikat wara San Pietru u Piju IX …

Aktar …



Il-Papa Ġwanni Pawlu I

Albino Luciani twieled fis-17 ta’ Ottubru 1912 u miet fit-28 ta’ Settembru 1978. Kien mexxej tal-Knisja Kattolika mis-26 ta’ Awwissu 1978 sal-mewt tiegħu 33 jum wara. Il-pontifikat tiegħu huwa fost l-iqsar fl-istorja u ta lok għall-aktar sena reċenti bi tliet papiet. Huwa kien ukoll l-ewwel papa li twieled fis-seklu 20. …

Aktar …



Il-Papa Pawlu VI

Giovanni Battista Montini twieled fis-26 ta’ Settembru 1897 u miet fis-6 ta’ Awwissu 1978. Mexxa l-Knisja Kattolika mill-21 ta’ Ġunju 1963 sa mewtu. Wara Ġwanni XXIII, huwa kompla l-Konċilju Vatikan II, u wara beda jimplimenta r-riformi tiegħu. Tejjeb ir-relazzjonijiet mal-knejjes Ortodossi u Protestanti. Kien l-ewwel darba li papa ħareġ mill-Italja f’aktar minn seklu. …

Aktar …



Il-Papa Ġwanni XXIII

Angelo Giuseppe Roncalli twieled fil-25 ta’ Novembru 1881 u miet fit-3 ta’ Ġunju 1963. Huwa mexxa l-Knisja Kattolika mit-28 ta’ Ottubru 1958 sal-mewtu. Jibqa’ magħruf bħala l-Papa li sejjaħ il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II li tkompla wara mewtu mis-suċċessur tiegħu Pawlu VI. …

Aktar …



Il-Papa Piju XII

Eugenio Pacelli twieled fit-2 ta’ Marzu 1876 u miet fid-9 ta’ Ottubru 1958. Mexxa l-Knisja mit-2 ta’ Marzu 1939 sa mewtu. Kien pontifikat ta’ kważi 20 sena. Matulhom it-Tieni Gwerra Dinjija, il-bidu tal-Gwerra Bierda., kif ukoll bidu ta’ ordni ġeopolitika internazzjonali ġdida, bl-għan li jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u jħares il-paċi dinjija bit-twaqqif ta’ istituzzjonijiet internazzjonali bħall-Ġnus Magħquda. …

Aktar …



Minn Papiet oħra

Papa Klement XI: It-Talba Universali.