Il-Papa jgħannaq tifel li jibki minħabba missieru li miet ateu.

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn 16 ta’ April 2018:  Emanuele tilef lil missieru. U l-Papa Franġisku jagħmillu kuraġġ:

“Int veru għandek kuraġġ biex tibki quddiem kulħadd” – “Missieri kien ateu. Il- papà qiegħed fis-sema?”. Emanuele beda riesaq bil-mod, ma jafx fejn hu, il-kappillan baxxielu l-mikrofonu biex ikun jista’ jagħmel id-domanda tiegħu lill-Papa, jaqbad il-mikrofnu u jibda jibki bil-mod. Il-Papa Franġisku għamillu kuraġġ u l-n-nies tawh applaws. Ħadd ma seta’ jifhem li t-tifel kien imtaqqal għax id-domand li hu ried jagħmel lill-Papa kienet serja ħafna. Il-kappillan għamillu kuraġġ imma t-tifel baqa’ jibża’.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=JxISAxCEumw?rel=0&w=560&h=315%5D

Għatta wiċċu b’idejh u deher ċar li ma kenitx biss l-emozzjoni li ikkomovietu. Il-Papa għalhekk sejjaħlu biex jitla’ ħdejh. “Ejja ħdejja u għidili f’widinti dak li trid tgħid”. Il-kappillan għenu biex jitla’ ħdejn il-Papa iżda t-tifel baqa’ jgħatti wiċċu b’idejh u jitbikkem. Il-Papa Franġisku neħħa t-tbissima u ħaddnu miegħu fit-tul. Waqa’ silenzju fil-pjazza u l-Papa qagħad jisimgħu b’dieqa fuqu, b’idu l-leminija jmellislu xagħru u bix-xellugija fuq spalltu. Il-Papa wkoll kellmu f’widnejh hu u jwieġbu. U mbagħad it-tifel reġa’ niżel f’postu.

U mbagħad il-Papa indirizza lill-miġemgħa. “Mqar li aħna lkoll konna kapaċi nibku bħal Emanuele, meta f’qalbna jkollna l-imrar li qed iħoss hu. Beka għal missieru. U kellu l-kuraġġ jagħmel hekk qudiemna lkoll, għax f’qalbu hemm l-imħabba għal missieru. Jiena tlabtu l-permess biex ngħid fil-pubbliku dak li qalli u huwa qalli iva. Għalhekk se ngħidu.”.Il-Papa kompla jirrakkonta kif il- papà ta’ Emanuele miet m’ilux u t-tifel staqsieh: “Il- papà kien ateu. Il- papà qiegħed fis-sema?”. U l-Papa stqarr: “Kemm hi ħaġa sabiħali tifel meta jitkellem dwar missieru jgħid: kien bravu”.

“Dan il-bniedem tabilħaqq ta xhieda lill-uliedu. Jekk kelli l-ħila jrabbi tfal bħal dawn, tassew li kien bniedem bravu, tal-affari tiegħu. Ma kellux id-don tal-fidi imma kellu qalb tajba.. Ċertament huwa Alla li jgħid min għandi jmur fis-sema, imma kif inhi il-qalba ta’ Alla quddiem bniedem bħal dan? Alla għandu qalb ta’ papà. Taħsbu intom li Alla jasal biex iwarrbu? Li Alla jabbanduna lil uliedu? Li jabbandunhom meta jkunu bravi? U nies kollha miġburin wieġbu “Le”.
Il-Papa mbagħad dar lejh “Emanuele, din hija r-risposta għad-domanda tiegħek: Alla sgur li kien kburi b’missierek, għax huwa iktar faċli tgħammed lil uliedek meta tkun temmen milli meta ma tkunx. U ċertament dan lil Alla għoġbu ħafna. Tkellem mal- papà tiegħek, itlob lill-papà tiegħek”.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading