Home > Arċisqof Charles J. Scicluna. 2018 > Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt l-iffirmar tal-ftehim mal-Hospice f’Malta.

Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt l-iffirmar tal-ftehim mal-Hospice f’Malta.


It-Tnejn, 16 t’April, 2018: L-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Hopice.

 

 

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Malta Hospice Movement iffirmaw ftehim uffiċjali għat‑twaqqif ta’ St Michael’s Hospice, l‑ewwel kumpless state‑of‑the‑art f’Malta li jipprovdi kura paljattiva komprensiva.

Matul is‑Sena tal‑Ħniena, f’Lulju 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna kien ħabbar li l‑Knisja ser tidentifika l‑post ideali għat‑twaqqif ta’ kumpless li, b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjoni rreġistrata li taħdem f’dan il‑qasam, tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva għal pazjenti b’kundizzjonijiet mediċi serji. L‑Arċisqof kien qal li permezz ta’ dan il‑proġett il‑Knisja ser twieġeb b’mod tanġibbli għal min jeħtieġ kura paljattiva f’dan iż‑żmien diffiċli.

B’riżultat tal‑ftehim li ġie ffirmat illum fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, ippresedut mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Arċidjoċesi ser tagħti lill‑Hospice Movement l‑art u l‑bini f’Santa Venera li qabel kienu magħrufa bħala l‑Istitut Adelaide Cini, għal perjodu ta’ 50 sena. Il‑valur tal‑art u l‑proprjetà eżistenti, li jkopru medda ta’ art ta’ 9,000 metru kwadru fuq żewġ sulari u ta’ 6,800 metru kwadru ieħor ta’ ġonna, ekwivalenti għal tliet grawnds tal‑futbol, huwa stmat li jiswa madwar €8 miljun.

Il‑ftehim kien iffirmat mis‑Sur Michael Pace Ross (Segretarju Amministrattiv) f’isem l‑Arċisqof ta’ Malta, u mis‑Sinjura Maria Gatt (Chairperson) u mid‑Dott. Vincent Zammit (Segretarju) f’isem il‑Malta Hospice Movement.

Il‑Malta Hospice Movement qed jimpenja ruħu li jirrinova din il‑proprjetà tal‑Knisja f’Santa Venera, biex Hospice Malta jevolvi f’St Michael’s Hospice. Il‑Hospice huwa impenjat ukoll li jieħu ħsieb u jsebbaħ il‑ġonna ta’ madwar id‑dar li ser jipprovdu lill‑pazjenti l‑ispazju neċessarju fil‑miftuħ waqt li jirċievu l‑kura.

Din ser tkun l‑unika faċilità f’Malta tal‑Hospice li: ttejjeb b’mod sinifikanti s‑servizzi preżenti tal‑kura paljattiva lill‑pazjenti fid‑djar u l‑komunitajiet tagħhom; talloka taqsima ta’ in‑patient għal dawk il‑pazjenti li jeħtieġu trattament għall‑uġigħ u sintomi oħra; u toffri servizz ta’ respite għal dawk li għandhom bżonn; u tassisti lil dawk li jeħtieġu kura dinjituża fi tmiem il‑ħajja.

Fil‑kumpless St Michael’s Hospice ser ikunu disponibbli wkoll servizzi ta’ terapija ta’ matul il‑jum u kliniċi, kif ukoll korsijiet edukattivi ta’ taħriġ għall‑iżvilupp kontinwu u professjonali għall‑istaff tal‑Hospice u speċjalisti oħra fil‑kura paljattiva.

Ix‑xogħlijiet infrastrutturali fuq il‑bini eżistenti tal‑Knisja huma skedati li jibdew meta jinkisbu l‑permessi meħtieġa mill‑Awtorità tal‑Ippjanar. Ix‑xogħlijiet ser jitwettqu fuq perjodu ta’ tliet snin li matulu l‑Hospice Movement ser jiġbor il‑fondi neċessarji għat‑twaqqif u t‑tmexxija ta’ dan il‑proġett. L‑ewwel pazjenti huma mistennija fl‑2021 wara li jitlesta xogħol ta’ tisbiħ estensiv fuq ġewwa tal‑binja.

MAPVIEW_ST-MICHAEL-HOSPICE

Imwaqqfa fl‑1989, l‑għan ewlieni ta’ Hospice Malta huwa li jipprovdi u jippromwovi servizzi ta’ kura paljattiva lil pazjenti li jsofru mill‑kanċer, minn motor‑neuron disease, u mard tal‑qalb, respiratorju, tal‑kliewi u tal‑fwied. Hospice Malta joffri s‑servizzi tiegħu permezz ta’ tim multidixxiplinari ta’ speċjalisti professjonali. Il‑kura paljattiva offruta, li tikkonċentra fuq il‑pazjent u l‑familja, tagħti serħan mill‑uġigħ u minn sintomi fiżiċi oħra, kif ukoll tindirizza l‑aspett emozzjonali, psiko‑soċjali u spiritwali. Is‑sapport f’każ ta’ telfa hija wkoll parti integrali tas‑servizzi offruti.

Hospice Malta, għaqda mhux governattiva rreġistrata mal‑Kummissarju għall‑Għaqdiet Volontarji, toffri s‑servizzi kollha tagħha mingħajr ħlas lill‑pazjenti f’Malta u Għawdex.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: