Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Parroċċa ta’ S. Maris Regina Pacis

Print Friendly, PDF & Email

VISTA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ SANTA MARIA REGINA PACIS

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Il-Ħadd, 20 ta’ April 1980

1. “Il-Paċi magħkom!” B’dan il-kliem Kritu sellem, wara l-qawmien mill-imwiet, lill-appostli miġburin fiċ-ċenaklu, waqt li kien mar għandhom l-ewwel darba, “Il-Paċi magħkom!” Dan seħħ dakinhar, l-ewwel jum wara s-Sibt, li fih in-nisa kienu marru, filgħodu kmieni, ħdejn il-qabar u ma kinux sabu fih il-ġisem ta’ Kristu – u wara, Pietru u Ġwanni, avżati minnhom kienu sabu l-istess xeni: il-blata maqluba, il-qabar vojt, il-faxex li bihom kien imkebbeb il-ġisem tal-Mulej, mal-art, u l-liżar, li kien imqiegħed fuq rasu, f’post għalih. Fil-għaxija ta’ dak il-jum Ġesù mar għandhom, fiċ-ċenaklu, fejn huma kienu jinsabu minħabba l-biżà mil-Lhud – waqt li daħal mill-bieb magħluq, sellmilhom bil-kliem “Il-Paċi magħkom” (cf. Ġw 20).

Bl-istess kliem nixtieq insellem lill-parroċċa ddekita lill-Omm Alla Sultana tal-Paċi li qiegħed inżur illum, it-tielet Ħadd tal-perijodu paskwali. U ntenni dan il-kliem tat-tislima ta’ Kristu b’ferħ tant kbir, għaliex il-parroċċa tagħkom ġġib l-isem tas-Sultana tal-Paċi, il-kliem “paċi lilkom” huma għalhekk b’mod partikolari qrib l-ispirtu li jgħajjex il-komunità tagħkom. Taħt il-patronat ta’ Marija “Sultana tal-Paċi” din it-tislima ta’ Kristu Rxoxt tidwi bil-qawwa partikolari tal-fidi, tat-tama u tal-karità. Il-paċi, infatti, hija frott partikolari ta’ dik il-karità li tgħajjex il-fidi. Hija l-paċi li d-dinja ma tistax tagħti, il-paċi li jagħti Kristu biss: “Inħallilkom il-paċi, intikom il-paċi tiegħi” (Gv 14,27).

2. It-tislima tiegħi, għalhekk, hija ndirizzata għalikom ilkoll, waqt li tibda mill-Eċcellenza tiegħu il-Kardinal Carlo Confalonieri, tat-titlu tal-Knisja suburbikarja ta’ Ostia u dekan tas-Sagru Kulleġġ, li ried ikun preżenti għal din il-vista pastorali. Insellem imbagħad lill-Eċċellenza tiegħu l-Kardinal Vigarju Ugo Poletti, li bil-preżenza tiegħu ried jixhed l-imħabba li torbtu ma’ din il-ponta avanzata tal-belt ta’ Ruma. Insellem imbagħad, lill-Isqof awżiljarju Minsinjur Clemente Riva, li għall-attenzjoni tiegħu hija afdata b’mod partikolari iż-żona li minnha tagħmel parti din il-parroċċa: huwa wettaq tul il-kors tax-xahar li għadda l-vista pastorali tal-komunità tagħkom, huwa personalment għaraf il-problemi li fihom qegħdin tgħixu u fassal magħkom proġett konkret ta’ mpenn nisrani għall-futur qrib. Issa wasal iż-żmien li dan jiġi attwat. Insellem lill-kappillan, Dun Ġiuseppe De Filippi, u s-saċerdoti l-oħra, li jattendu b’dedikazzjoni umli u ġeneruża għall-attenzjoni pastorali ta’ din il-parti tal-merħla tal-Mulej.

Kelma speċjali ta’ tislima nixtieq nindirizza lir-reliġjużi tal-erbà komngregazzjonijiet, li joperaw fl-isfera tal-parroċċa: għall-apprezzament li bih il-komunità kollha ssegwi s-servizz tagħhom fid-diversi attivitajiet edukattivi u assistenzjali, irrid inżid ukoll l-approvazzjoni tiegħi, billi nenfasizza b’mod speċjali d-disponibiltà ammirevoli li huma juru fil-kollaborazzjoni bl-inizjattivi pastorali, ipprogrammati mill-parroċċa.

Ma tistax tonqos, fl-aħħarnett, tislima kordjali lid-diversi gruppi, li fihom jartikola ruħu l-impenn tal-lajkat kattoliku: fil-parroċċa hemm grupp kbir ta’ katekisti li jingħaqdu mas-saċerdoti u mas-sorijiet fit-tħejjija tat-tfal għas-sagramenti tal-Ewkaristija u tal-Griżma tal-Isqof, żewġ waqtiet fundamentali tal-ħajja nisranija; hemm imbagħad ukoll oħrajn li, mit-talb u mir-riflessjoni komunitarja dwar il-kelma ta’ Alla, jisiltu inċitament għal adeżjoni iktar ġeneruża għall-esiġenzi tal-vokazzjoni personali tagħhom migħuxa f’dimensjoni deċiżament ekkleżjali; hemm, fl-aħħarnett, dawk li jiddedikaw ruħhom għal attivitajiet ta’ promozzjoni umana fost it-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjani. Lil dawn kollha tmur l-istima sinċiera tiegħi u l-iktar inkoraġġiment imqanqal.

Parroċċa dejjem ikollha problemi delikati x’issolvi; din tagħkom, għandha partikolarment kumplikati. Mhuwiex possibbli taħseb li dak li jkun jistà jiffaċċjahom b’mod effikaċi mingħajr il-kollaborazzjoni ta’ kulħadd. Naħseb, b’mod speċjali. Għall-problemi mqanqla miż-żieda eżorbitanti tal-popolazzjoni; dwar dawk li joħorġu mid-diversi sorsi tan-nukleji familjari differenti, li bosta minnhom għandhom wara spallejhom tradizzjonijiet, drawwiet, mentalità imbegħda b’mod sinifikanti; għall-problemi marbutin mad-diffikultajiet ta’ inseriment soċjali taż-żgħażagħ u mal-komfużjoni mhix żgħira ta’ bejniethom… Mhux faċli tibni, f’kuntest simili, parroċċa li tkun verament Knisja, li fiha jiġifieri l-persuni ndividwali jaslu li jagħmlu esperjenza ta’ komunjoni awtentika u biex iħossu l-ferħ li joħrog mill-qsim tal-istess ġid spiritwali fil-prospettiva ta’ tama komuni. Hemm bżonn għal dan l-impenn tal-komponenti differenti kollha tal-komunità u b’mod speċjali l-impenn tal-familji,li dwar il-kontribut tiegħu għall-azzjoni parrokkjali b’mod ġust insista ħafna matul il-vista pastorali. Il-parroċċa hija binja li għall-bini tagħha kull wieħed u waħda għandhom iġibu l-ġebla tagħhom, jiġifieri x-xhieda nisranija mogħtija fil-kliem u fil-ħajja.

3. F’dan id-dawl nitlob issa lilkom, abitanti ta’ Ruma, intom, insara ta’ Ruma, sabiex tieqfu b’attenzjoni speċjali fuq sentenza, li ppronunzja l-ewwel Isqof ta’ Ruma, l-Appostlu Pietru, Huwa ppronunzja din is-sentenza flimkien mal-Appostli l-oħra li magħhom kien meħud, kif jixhdu l-Atti tal-Appostli, quddiem il-Kunsill suprem tal-Lhud, quddiem is-sinedriju. Il-qassis il-kbir akkuża lill-Appostli, billi opponhielhom sfida, Jgħid hekk: “Espressament ordnajnielkom biex ma tgħallmux iktar f’isem dak, u hawn intom imlejtu Ġerusalem bid-duttrina tagħkom u tridu twaqqgħu fuqna demm dak il-bniedem” (At 5,28). Tassew sinifikattiv huwa dan il-kliem b’mod speċjali l-aħħar kelmiet. Aħna nfatti niftakru sewwa li quddiem Pilatu, li, kważi biex jiġġustifika lilu nnifsu mis-sentenza ppronunzjata kontra Ġesù, kien qal: “Miniex responsabbli, ta’ dan id-demm”, il-folla hemm miġbura,  imqanqla mis-sinedriju, kienet għajtet: “Demmu jaqà fuqna u fuq uliedna” (Mt 27,24-25).

Issa waqt li jismà kliem simili minn fomm il-qassis il-kbir, Pietru u l-Appostli jwieġbu: “Jeħtieġ li nobdu lil Alla milli lill-bnedmin” (At 5,29). U s-sinifikat ta’ din it-tweġiba jispjega l-kliem li jiġi wara. Infatti, wsaqt li l-anzjani ta’ Iżrael jitolbu s-skiet dwar Kristu, Alla minflok ma jippermettilhomx jisktu: “Alla ta’ missirijietna qajjem mill-imwiet lil Ġesù, li intom kontu qtiltu billi dendiltuh fuq salib. Alla qajmu bil-leminija tiegħu waqt li għamlu mexxej u salvatur, biex jagħti lill-Iżrael il-grazzja tal-konverżjoni u l-maħfra tad-dnubiet. U ta’ dawn il-fatti aħna xhieda u l-Ispirtu Santu, li Alla ta lil dawk li jissottomettu ruħhom għalih” (At 5,30-33).

Fil-ftit sentenzi ppronunzjati minn Pietru nsibu xhieda sħiħa u kompluta tal-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu: tejoloġija paskwali sħiħa u kompluta.

Din il-verità, li fl-epoka tagħna mill-ġdid tirripeti mill-ġdid biż-żelu kollu u l-konvinzjoni tal-fidi l-Konċilju Vatikan II, insibuha diġa, fil-profondità u l-milja kollha tagħha, f’din it-tweġiba ta’ Pietru mogħtija lis-sinedriju.

4. Għal din il-verità jirreferi l-kliem: “Jeħtieġ li nobdu lil Alla milli lill-bnedmin”.

Il-verità li nistqarru permezz tal-fidi tiġi minn Alla. Din hija l-kelma ta’ Alla l-ħaj. Din il-kelma tiegħu ndirizzata lill-bnedmin, Alla ppronunzjaha bosta drabi permezz tal-bnedmin li huwa bagħat – speċjalment ippronunzjaha permezz ta’ Ibnu li sar bniedem. U meta kien intefa l-kliem tal-Iben, meta rasu kienet tmejlet fuq is-salib mal-aħħar weġgħa tal-ħajja, meta fommu kien ingħalaq, allura Alla, biex ngħidu hekk, ‘il fuq minn din il-mewt, ippronunzja l-kelma aħħarija u deċiżiva għall-fidi tagħna, il-kelma tal-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu. U din il-kelma ta’ Alla l-ħaj tobbligana iktar minn kwalunkwè ordni jew intenzjoni umana.

Din il-kelma ġġib fiha l-elokwenza suprema tal-verità, iġġib fiha l-awtorità ta’ Alla nnifsu.

Jeħtieġ li nobdu lil Alla milli lill-bnedmin. Huwa hu s-sors tal-verità ċerta u nfallibbli – waqt li l-verità li jistà jiġbed l-għarfien uman u l-intelliġenza tal-iktar bnedmin ġenjali ġġib magħha l-possibiltà tal-iżball u tal-errur. Infatti, l-istorja tal-ħsieb tixhed li kultant żbaljaw l-ikbar awtoritajiet fil-qasam tal-filosofija u tax-xjenza – u dawk li ġew warajhom urew dawn l-iżbalji billi ressqu ‘l  quddiem b’dan il-mod l-opra tal-għarfien uman, wara kollox meraviljuża…, imma dejjem umana.

Pietru u l-Appostli jinsabu quddiem is-sinedriju, għandhom l-għarfien sħiħ u ċertezza assoluta li, fi Kristu, tkellem Alla nnifsu – li tkellem b’mod definittiv bis-salib tiegħu u bil-qawmien mill-imwiet tiegħu. Pietru u l-Appostli l-oħra, għalhekk, bħal dawk li lilhom b’mod dirett ingħatat din il-verità – bħal dawk li, fi żmien tajjeb,irċivew l-Ispirtu Santu – għandhom jirrendu xhieda għaliha.

5. Temmen ifisser taċċetta l-verità li tiġi minn Alla bil-konvinzjoni kollha tal-intellett, waqt li tistrieħ fuq il-grazzja tal-Ispirtu Santu “li Alla ta lil dawk li jissottomettu ruħhom għalih”” (At 5,32): taċċetta dak li Alla irrivela, u li dejjem jasal għandna permezz tal-Knisja fit-“trażmissjoni” ħajja tagħha, jiġifieri fit-tradizzjoni. L-organu ta’ din it-tradizzjoni huwa t-tagħlim ta’ Pietru u tal-Appostli u tas-suċċessuri tagħhom.

Temmen tfisser taċċetta x-xhieda tagħhom fil-Knisja, li tgħasses din ix-xhieda minn ġenerazzjoni għal oħra, u mbagħad – a bażi ta’ din ix-xhieda – tirrendi xhieda lill-istess verità. Bl-istess ċertezza u konvinzjoni interna.

Fil-korsa tas-sekli jinbidlu s-sinedriji li jitolbu s-skiet, l-abbandun jew inkella l-isfurzar ta’ din il-verità. Is-sinedriji tad-dinja kontemporanja huma għal kollox differenti u huma numerużi. Tali sinedriji huma l-bnedmin individwali li jirrifjutaw il-verità divina; huma s-sistemi tal-ħsieb uman, tal-għarfien uman; huma d-diversi konċezzjonijiet tad-dinja u wkoll id-diversi programmi tal-imġieba umana; huma wkoll il-forom differenti ta’ pressjoni tal-hekk imsejħa opinjoni pubblika, taċ-ċiviltà tal-massa, tal-mezzi tal-komunikazzjonijiet soċjali ta’ bixra materjalistika, lajka, anjostika, antireliġjuża; huma fl-aħħarnett ukoll xi sistemi kontemporanji ta’ iggvernar, li – jekk ma jipprojbux għal kollox liċ-ċittadini il-possibiltà li jistqarru l-fidi – almenu jillimitaw id-diversi modi, jemarġinaw lil dawk li jemmnu u jagħmlu minnhom kważi ċittadini ta’ kategorija nferjuri… u quddiem dawn il-forom kollha moderni tas-sinedriju ta’ dari, it-tweġiba tal-fidi tibqà dejjem l-istess: “Hemm bżonn li nobdu lil Alla u mhux lill-bnedmin. Alla ta’ missirijietna qajjem mill-imwiet lil Ġesù, li intom qtiltu billi dendiltuh mas-salib…  U ta’ dawn il-fatti aħna xhieda u magħna l-Ispirtu Santu…” (At 5,29-32).

“Hemm bżonn li nobdu lil Alla u mhux lill-bnedmin…”.

6. Ejjew naħsbu għeżież ħuti, dwar dawk il-bnedmin kollha fid-dinja, ħutna fi Kristu. li jagħtu tali tweġiba ta’ fidi…f’kondizzjonijiet kultant ħafna iktar diffiċli minn dawk li fihom ninsabu aħna.

Ejjew naħsbu dwar dawk li jħallsu l-ikbar prezz għal tali tweġiba: kultant dik tal-ħajja stess, kultant dik taċ-ċaħda tal-libertà, jew tal-emarġinazzjoni soċjali, jew tar-ridikolaġni…

Il-ktieb tal-Atti jgħid li l-Appostli “telqu mis-sinedriju ferħana li kienu ġew  insultati għall-imħabba ta’ Ġesù”  (At 5,41).

Illum ukoll ma jonqsux xhieda simili. Bl-istess qawwa tal-Ispirtu jipproduċi fihom il-frott il-kliem ta’ Pietru, ippronunzjat fil-bidu tal-istorja tal-Knisja: “Hemm bżonn li nobdu lil Alla u mhux lill-bnedmin”  (At 5,29).

Ejjew spiss nitolbu għal dawk li l-fidi tagħhom titlob il-prezz ta’ din il-prova kbira u, kultant estrema, sabiex ma tonqoshomx il-qawwa tal-Ispirtu.

U fl-aħħarnett ejjew inħarsu lejna nfusna: liema hi l-fidi tagħna? Il-fidi tal-bnedmin ta’ din ir-Ruma, li tagħha l-ewwel Isqof kien propju Pietru?

Hija din il-fidi hekk unika u ċara bħal dik mistqarra minn Pietru quddiem is-sinedriju? Jew kultant għall-kuntrarju hija pjuttost dubbjuża? imħallta b’suspetti u dubbji? addattata għall-punti di vista umani tagħna? għall-kriterji tal-moda, tas-sensazzjoni, tal-opinjoni pubblika?

Nistgħu tassew nagħmlu tagħna kliem Pietru: “Hemm bżonn li nobdu lil Alla pjuttost milli lill-bnedmin”?

U nitlobu għall-fidi tagħna.

Għall-fidi tal-ġenerazzjoni żagħżugħa. U għall-fidi tal-ġenerazzjoni anzjana. Huma diversi l-provi li tgħaddi minnhom fil-postijiet ndividwali tal-art… fil-bnedmin individwali.

Ma tonqosna qatt dik id-dehra,, li għalina wkoll – bħal għall-Appostli fuq il-lag – tippermettilna li niskopru l-preżenza ta’ Kristu: “Huwa l-Mulej” Ġw 21,7), u li nbaħħru lejh.

Alla ma jippermettilniex li nitbegħdu minnu.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emauel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading