Il-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Konsagrazzjoni ta’ Knisa tal-Qaddisin martri tal-Uganda.


KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA PARROKKJALI TAL-QADDISIN MARTRI TAL-UGANDA

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Is-Sibt, 26 ta’ April 1980

Meqjumin ħuti u wliedi għeżież

1. Li nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi fiċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-liturġija sollenni donnu li hu superfluwu, tant evidenti huma r-raġunijiet ta’ pjaċir u ta’ ferħ. Illum għall-ewwel darba minn mindu b’dispożizzjoni tal-providenza divina, assumejt ir-responsabiltà tas-sedja ta’ Pietru, ingħatali li nippresiedi hawn f’Ruma għar-rit tal-konsagrazzjoni ta’ kmisja. Din hija knisja ġdida, knisja parrokkjali, li se tiżdied mal- kuruna splemdida ta’ bini sagru li jimmarkaw il-wiċċ nisrani tal-belt, u se tilqà fl-intern tagħha il-Poplu ta’ Alla, li tistà tiġbed – għall-mejda tal-kelma, għall-mejda tal-Ewkaristija, għas-sorsi l-oħra sagramentali – dak l-ikel multiformi meħtieġ għall-kobor tiegħu soprannaturali. Barra minn dan, hija mibnija tifkira pubblika u monumentali ad unur tal-martri ugandiżi u, wkoll minn dan il-punt di vista, wieħed jistà jgħid li skjera ġdida ta’ xhieda ta’ Kristu  tingħaqad mal- “candidatus exercitus”, li lilhom il-Knisja tant spiss iddedikat fuq l-art Rumana post speċjali ta’ kult: mill-Uganda, fil-fatt, ġiet fis-seklu li għadda xhieda stupenda ta’ fidi! Illum, mela, wieħed jistà jgħid li Ruma terġà tħares darb’oħra lejn l-Afrika nisranija għall-paġna moderna u erojka, li hija żiedet fil-martiroloġju tagħha u fl-istorja tagħha.

2. Fl-indirizz tat-tislima ta’ mħabba tiegħi lil dawk li ġew hawn – L-Eċċellenza tiegħu il-Kardinal vigarju Ugo Poletti u l-Kardinal Arċisqof ta’ Kampala Emanuele Nsubuga, l-awtoritajiet ċivili, il-kappillan flimkien mal-kollaboraturi tiegħu u l-fidili kollha tal-parroċċa – jiena nixtieq inlaqqà l-attenzjoni komuni maċ-ċirkustanza tal-konsagrazzjoni mal-qari liturġiku, li kienu magħżula għaliha. Irrid ninsisti, b’mod partikolari, fuq it-tieni qari, u mbagħad fuq it-test evanġeliku.

Qabel kollox, huwa ta’ min ifakkar dak li qal San Pietru, għaliex mhux biss jadatta ruħu perfettament għaċ-ċirkustanza tallum, imma jippermetti li jgħaddi, skont linja ta’ konsistenza simmetrika, mill-idea ta’ bini materjali għal dak ta’ bini spiritwali, tal-Knisja-tempju għall-Knisja-komunjoni tal-erwieħ. Fuq il-bażi tal-opra kollha – ifakkarna il-prinċep tal-Appostli – hemm Kristu Mulej, ġebla ħajja u tax-xewka, ġebla magħżula u prezzjuża quddiem Alla; imma wkoll l-erwieħ tagħna huma ġebel ħaj, u bħala tali huma mpjegati biex ikunu mibnija fuq is-sies ta’ din l-istess ġebla, b’mod li tifforma dar spiritwali, saċerdozju qaddis, u għalhekk awtorizzat biex joffri sagrifiċċji spiritwali, minn Alla apprezzati (cf. 1Pt 2,4-5).

Qatt mhu se jiġi mgħolli biżżejjed is-sinifikat profond ta’ dan it-tagħlim apostoliku: ngħid il-misteru tal-bini tagħna nfusna fuq Kristu, jiġifieri li nagħmlu Knisja miegħu, fih, għalih!  Ftakru għal dan il-għan, ħuti u wliedi għeżież, dak li kien ripropost mill-Konċilju Vatikan II fil-kostituzzjoni dommatika “Lumen Gentium”, li, fost ix-xbihat differenti tal-Knisja, ma nsietx dik tal-bini (cf. Lumen Gentium, 6). Aħna għandna nibnu ruħna fuq Kristu, għaliex dan u xejn iktar huwa s-sies li jagħti stabbiltà u sikurezza lil ħajjitna. Jispjega, infatti, San Pawl, billi jidwi b’mod perfett lill-ko-Appostlu Pietru: fil-Knisja “ħadd ma jistà jqiegħed sies differenti minn dak li diġa hemm: Ġesù Kristu… Ma tafux li intom tempju ta’ Alla u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom”? (1Kor 3,11.16).

Hawn hi, mill-ġdid, l-idea tal-bini żviluppata sal-punt terminali tagħha, ta’ tempju komplut fil-partijiet kollha tiegħu. Kull wieħed u waħda minna f’dan it-tempju aħna ġebla ħajja, imma mhux iżolata, mhux awtonoma, mhux awtosuffiċjenti. Kull wieħed u waħda minna nistgħu nibnu biss fi Kristu, waqt li mingħajru l-bini kollu jkun iddestinat li jiġġarraf: huwa hu s-sopraedifikazzjoni. Kull wieħed u waħda minna għandna nibnu flimkien ma ħutna l-oħra, taħt il-liġi tal-komunjoni ekkleżjali, li hija bħas-“siment” li jħallatna lkoll ma’ Kristu: Din hija l-ko-edifikazzjoni. B’dawn il-kondizzjonijiet biss jitlà majjestuż it-tempju ta’ Alla.

Ilkoll niffurmaw l-Knisja ta’ Alla, għaliex aħna msejsa b’mod sikur fuq Kristu, Ibnu, u aħna marbutin b’mod intimu ma’ ħutna fil-fidi. Propju tali kuxjenza hija fost il-punti kwalifikanti tal-professjoni nisranija: “Credo unam, sanctam, catholicam et apostolicam Ecclesiam”! Aħna nirreċitaw spiss dan l-artiklu tal-fidi tagħna, imma hemm bżonn li nimmeditawh ukoll, waqt li nitolbu lill-Ispirtu biex idawwalna b’mod intern, sabiex iħeġġeġ id-dawl tiegħu divin fit-tempju mistiku ta’ ruħna, li fiha hu nnifsu jgħammar.

3. Huwa, barra minn dan, ċert, li wkoll it-tempju materjali huwa meħtieġ. Aħna lkoll nafu bid-diffikultajiet li jippreżenta l-bini ta’ kostruzzjonijiet sagri ġodda. Din hija problema kultant gravi u mhux ta’ soluzzjoni ħafifa. Imma l-bini tal-ġebel mhuwiex kollox: dan għandu funzjoni manifestament strumentali u emblematika meta mqabbla mal-bini l-ieħor superjuri, li dwaru kellimtkom s’issa.

X’inhu mela – nistgħu nistaqsu lilna nfusna – ir-rapport bejn iż-żewġ binjiet? Jispjegalna dan Ġesù fil-Vanġelu, f’pass mid-djalogu tiegħu mas-Sammaritana. “Emminni, mara, wasal il-waqt li fih la fuq din il-muntanja, linqas f’Ġerusalem ma taduraw lill-Missier… Wasal il-waqt, u huwa dan, li fih l-adoraturi jaduraw lill-Missier fl-Ispirtu u l-verità, għaliex il-Missier ifittex tali adoraturi. Alla huwa spirtu…” (Ġw 4,21.23). Insibu f’dan it-test rivelazzjoni, li tispirana fuq dak li realment għandha tkun il-ħajja reliġjuża. Din hija “verità”, għaliex trid tadatta ruħha għal dak li huwa Alla; billi Alla huwa spirtu purissmu, l-adorazzjoni, bħala att suprem tal-kult li noffrulu, ma jistax ma jkunx fl-ispirtu.  Mar-realtà ontoloġika ta’ Alla-spirtu tikkorrispondi r-realtà psikoloġika tal-bniedem li jadura fl-ispirtu: hawn hi l-verità, bħala dimensjoni tal-kult mixtieq minn Kristu.

Nifforma għalhekk it-tama li t-tempju, li llum b’mod pubbliku qed jiġi inawgurat, bħala ċentru propulsur tal-ħajja komunitarja ta’ din il-parroċċa, jgħaqqad u jiġbor dejjem iktar numerużi l-adoraturi bħalma l-Missier ifittixhom (cf. Ġw 4,21.23). Imdaħħla bħala ġebel ħaj fil-bini ekkleżjali, ikunu jistgħu hekk isegwu, bla ebda eżitazzjoni u mingħajr konfużjoni, lil Kristu li huwa t-triq sikura biex inmorru għand il-Missier (cf. Ġw 14,6). Hekk tkun mibdija sa minn hawn isfel il-liturġija li tagħmilna parti, diġa nduquha, mil-liturġija ċelesti li tiġi ċċelebrata hemm fuq, fil-belt imqaddsa ta’ Ġerusalem, f’forma sħiħa u perfetta (cf. Sacrosanctum Concilium, 8). Ikun hemm fuq li nkantaw lill-Mulej l-innu tagħna ta’ glorja, mal-anġli u l-qaddisin kollha.

4. L-aħħar ħsieb li rrid nipproponilkom, għeżież uliedi, jispira ruħu minn din il-viżjoni tas-sema, fejn jgħammru f’Alla, it-tnejn u għoxrin martri tal-Uganda. Ferm iktar bil-qalb indur lejn dawn ħutna, bħalma lejn arthom tal-Afrika, sabiex hemm isfel jiena nmur lejn it-tmiem tal-ġimgħa d-dieħla.

Bħalma diġa Pawlu VI, wara li kkanonizzahom (18 ta’ Ottubru 1964) ried imur pellegrinaġġ f’Kampala għall-konsagrazzjoni tal-altar tas-santwarju u biex jikkonkludi simposju mportanti tal-episkopat Afrikan, hekk l-umli suċċessur tiegħu, għal pjan pastorali mhux differenti, iddeċieda pellegrinaġġ ġdid f’pajjiżi oħra differenti ta’ dak l-istess kontinent. Issa jidhirli li wieħed irid iżomm f’moħħu l-irbit, li ċ-ċelebrazzjoni tal-lejla għandha maż-żewġ pellegrinaġġi: hija dejjem il-Knisja ta’ Ruma li, bħal fl-imgħoddi, issa tiċċaqlaq biex iżżur porzjonijiet magħżula ta’Gisimha organiku u indiviż, biex tistabilixxi, bħal f’dak iż-żmien, kuntatt iktar strett mal-ġebel ħaj tal-bini tagħha unitarju u tippromwovi, ukoll, il-bini mutwu fil-karità u l-paċi.

Il-vjaġġ tiegħi jrid ikun għarfien ferrieh tal-affermazzjoni ta’ Pawlu VI: “Africa est nova patria Christi” (PaoloVI,Homilia in solemni canonizatione martyrum ugandensium, die 18 oct. 1964: AAS 56 [1964] 907-908) u huwa ugwalment ċelebrazzjoni ta’ unità ekkleżjali; sabiex il-fatt li llejla aħna hawn magħqudin, imdawrin mill-preżenza fraterna tal-fidili Ugandiżi, tkun tgħodd bħala tama propizja għat-tluq issa fil-qrib. Nitlobkom, maħbubin uliedi, li tqegħdu fost l-intenzjonijiet tat-talb tagħkom ukoll ħsieb għal tali żjara fl-Afrika, sabiex ikun il-Mulej, il-Mulej biss, li jiggwida l-passi tiegħi u jalla jgħinni fil-ministeru, li speċifikament  huwa tiegħi bħala suċċessur ta’ Pietru, li jikkonferma  lill-aħwa (cf. qc 22,32).U ta’ din il-karità niżżikom ħajr sa minn issa.
 

5. U issa se nindirizza tislima speċjali lill-pellegrinaġġ tal-Uganda.

Traduzzjoni Taljana tal-omelija ppronunzjata bil-lingwa Ingliża


Għeżież Pellegrini tal-Uganda.

Diġa tajt merħba, matul l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa, lill-pellegrini tal-Uganda li ġew għaċ-ċelebrazzjoni.Hija tassew ħaġa ferrieħa li tinsabu hawn illum. Intom il-werrieta tal-martri li ad unurhom kienet mibnija din il-Knisja. Huma għaddewlkom it-teżor tal-fidi nisranija. U dan hu teżor li l-valur tiegħu huwa ferm iktar evidenti minħabba x-xhieda li huma taw għalih. Kienu lesti jmutu pjuttost milli jisfgħu mċaħħda minn dan it-teżor. Kienu jafu li kien jiswa iktar minn kull għana terrena oħra, għaliex tintroduċi għall-għana li hija b’mod infinit superjuri u li ddum għal dejjem, għaliex hija l-bieb għall-ħajja li magħha l-ħajja tal-ġisem ma tistax titqabbel.

Ivverifikaw intom stess il-valur tal-wirt li intom irċivejtu. Uru li intom tgħożżu l-ħajja nisranija tagħkom b’mod tant għoli daqs kemm għamel San Charles Lwanga u l-qaddisin sħabu.

Għixu f’konformità mal-programm li l-predeċessur tiegħi Pawlu VI esprimilkom meta żar in-nazzjon tagħkom: “L-ewwel, li jkollom imħabba kbira lejn Ġesù Kristu; tippruvaw li ssiru tafuh sewwa, tibqgħu magħqudin miegħu u jkollkom fidi u fiduċja kbira fih. It-tieni, li tkunu fidili lejn il-Knisja; li titolbu magħha, tħobbuha, u xxandruha, u tkunu dejjem lesti, bħal ma kienu l-qaddisin martri tagħkom, biex toffru xhieda tagħha sinċiera. It-tielet, kunu qawwija u qalbiena, kunu kuntenti, kunu ferħana u feliċi dejjem. Għaliex ftakru dejjem dan, il-ħajja nisranija hija ħaġa tassew sabiħa!”.

Dear pilgrims from Uganda,

I have already welcomed, in the course of fast Wednesday’s general audience, the pilgrims from Uganda who have come for this celebration. It is a joy to have you here today. You are the heirs of the martyrs in whose honour this church has been built. They have handed down to you the treasure of the Christian faith. It is a treasure whose value is all the more evident because of their witness to it. They were prepared to die rather than be robbed of it. They knew that it is worth more than all earthly wealth, because it gives access to riches that are infinitely superior and that fast forever, because it is the gateway to a life with which the life of the body cannot be compared.

Prove yourselves worthy of the heritage that you have received. Show that you value your Christian faith as highly as did Saint Charles Lwanga and his holy companions. Live in accordance with the programme that my predecessor Paul VI put before you when he visited your country: “First, have great love for Jesus Christi try to know him well, remain united to him, have great faith and great trust in him. Second, be faithful to the Church; pray with her, love her, make her known, and always be ready, as your martyrs were, to bear frank witness to her. Third, be strong and courageous; be content; be happy and joyful always. Because, remember this always, the Christian life is a most beautiful thing!”.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emauel Zarb