Kunsill ġdid tal-Kappillani 2022-2024

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2022 – 2024 fil-laqgħa tal-Kulleġġ tat-2 ta’ Frar 2022. Il-Kunsill tal-Kappillani hu magħmul minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani. Il-Kulleġġ hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta.

Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma: Dun Mario Mangion, l-Arċipriet ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, li reġa’ nħatar President; Dun Reuben Micallef, il-Kappillan ta’ Pembroke; Dun Bastjan Caruana, l-Arċipriet tal-Mosta; Louis Suban, il-Prespostu ta’ Birkirkara; Dun Andrew Schembri, il-Kappillan ta’ Ħal Għaxaq; Dun George Schembri, il-Kappillan tal-Imġarr; u Patri Renald Lofreda O.Carm, il-Kappillan tal-Balluta.

Fl-ewwel laqgħa jiġu deċiżi l-irwoli tal-membri ġodda tal-kusill. Il-Kunsill hu responsabbli li janalizza l-ħwejjeġ li jolqtu l-ħidma pastorali fil-parroċċi u t-tmexxija tal-Kulleġġ u jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading