Malta Missjunarja ta’ Frar 2022

Print Friendly, PDF & Email

X’inhi l-kuntentizza? Xi ħaġa sempliċi jew xi ħaġa kkumplikata? Taf diġà qed tgħix il-kuntentizza u ma tafx! Għalhekk tajjeb li tkun taf fejn sejjer b’ħajtek, għax taf diġà wasalt! Ħafna drabi fil-ħajja, il-flus mhumiex kollox. Għix ħajtek qabel il-ħajja ssir bla ħajja.

Matul ix-xahar ta’ Frar tista’ taqra storja u tirrifletti fuq x’verament għandu jwassal għall-kuntentizza f’ħajjitna fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta.

F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli naqraw aktar dwar il-kuntentizza; din id-darba permezz ta’ żewġ esperjenzi reali bit-titlu: X’togħma fiha l-kuntentizza? Artiklu ieħor ilaqqana ma’ Dun Jai li ilu jaħdem fil-missjoni f’Kuditini l-Indja għal dawn l-aħħar ħames snin. Huwa jirrakkonta kif għaddew il-Milied il-parruċċani tal-komunità li jmexxi; Milied sempliċi fejn kulħadd ħassu aċċettat.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

%d bloggers like this: