Ġwanni Pawlu II lill-Missjonijiet Popolari ta’ Ruma

Print Friendly, PDF & Email

 QUDDIESA KONKLUSSIVA TAL-«MISSJONIJIET POPOLARI» TA’ RUMA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 28 ta’ Novembru 1982

1. Il-Kmisja llum taqra, fil-liturġija tagħha, il-Profeta Ġeremija.

Dan huwa l-ewwel Ħadd tal-Avvent. Il-kliem tal-Profeta jħabbar bil-quddiem il-Miġja.

“Hekk hu, għad jiġu jiem li fihom inwettaq il-wegħdiet . . . / F’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien inġiegħel tinbet għal David / nebbieta ta’ ġustizzja . . . / F’dawk il-jiem Ġuda tkun salvata . . .” (Ġer 33, 14-16).

L-Avvent jiftaħ, kull sena, bħal kapitlu ġdid f’dak il-ktieb tas-salvazzjoni, li Alla jikteb fil-Knisja. Jikteb permezz tal-istorja tal-bniedem.

F’dan il-ktieb intom, hawn miġbura, ktibtu l-“missjonijiet popolari” li seħħew fl-34 parroċċa ta’ Ruma.

Illum, flimkien mal-Knejjes kollha, tibdew l-Avvent: iż-żmien tal-istennija fiduċjuża tal-miġja tal-Mulej.

2. Wara t-tħejjija “missjunarja”, din l-istennija ssib f’kull wieħed u waħda minnkom vitalità ġdida.
Dak kollu li seħħ tul il-jiem u l-ġimgħat li għaddew, f’numru tajjeb tal-parroċċi ta’ Ruma, donnu kien espress b ‘mod partikolarment preċiż mis-Salm tal-liturġija tallum, meta tgħajjat:
“Lejk, Mulej, ngħolli ruħi” (Sal 24 [25], 1).

X’iktar kienu dawn il-“missjonijiet popolari”, jekk mhux elevazzjoni tar-ruħ lill-Mulej?

Din kienet l-opra tal-grazzja tiegħu, li għaliha fittixtu li twieġbu billi segwejtu l-indikazzjonijiet tal-missjonijiet u billi smajtu l-pariri u l-istruzzjonijiet tagħhom. U fuq kollox billi ddedikajtu l-ħin għat-talb.

3. L-elevazzjoni tar-ruħ titwettaq permezz tal-għarfien tal-Mulej u ta’ triqatu. Ukoll b’dak li dwaru jitkellem is-Salmista tal-liturġija tallum:
“Ħalli Mulej, li nagħraf triqatek, / għallimni l-mogħdijiet tiegħek. / Mexxini fil-verità tiegħek u għallimni, /għaliex int Alla tas-salvazzjoni tiegħi, / fik dejjem ittamajt” (Sal 24 [25], 4-5).

Dan mhux, kif wieħed jistà jara, għarfien astratt, imma l-għarfien li nfluwixxa fuq il-ħajja. Is-Salmista jitlob lil Alla biex jagħmel li hu “jagħraf triqatu” u li jgħallmu jimxi f’dawn it-toroq. Dan il-mixi għandu jkun “fil-verità” skont it-tagħlim ta’ Alla.

U dan jitlob b’ħerqa kbira s-Salmista. U dan titlob b’ħerqa kbira l-komunità “missjunarja” tagħkom.

“Għallimni l-mogħdijirt tiegħek”, jiġifier għallimni ngħix konformi mar-rieda ta’ Alla. Dan huwa l-oġġettiv ewlieni tal-missjonijiet u dan għandu jkun ukoll l-frott ewlieni tagħhom.

4. F’dan l-isforz intern, li kull wieħed u waħda mill-parteċipanti fil-missjonijiet dħaltu għalih, huwa mogħti lilkom li tiskopru mill-ġdid u li tikkonvinċu ruħkom li l-“Mulej huwa tajjeb”. Bħalma hi l-qalb fl-organiżmu, hekk hi l-iskoperta tat-tjubija ta’ Alla fix-xogħol intern tagħna u fil-ħajja kollha nisranija. Ejjew nisimgħu mill-ġdid lis-Salmista:
“Tajjeb u rett huwa l-Mulej, / Juri t-triq il-ġusta lill-midimbin; imexxi lill-umli skont il-ġustizzja, / jgħallem lill-fqajrin triqatu” (Sal 24 [25], 8).

Li Alla huwa tajjeb juri ruħu permezz tal-fatt li hu jgħin lilna, bnedmin, biex “nagħmlu t-tajjeb”, billi jindikalna t-toroq tal-ħajja tajba u denja.

Propju l-grazzja tiegħu tagħmel iva li aħna l-bnedmin, bid-dgħufija kollha tagħna, nistghu madankollu nġibu ruħna sewwa u, kultant, ukoll nilħqu l-għatba tal-qdusija  .

Is-Salmista hawn jesiġi attenzjoni partikolari għall-umiltà; hemm bżonn inkunu umli biex nilqgħu t-tagħlim u l-kmandamenti divini, hemm bżonn inkunu umli sabiex il-grazzja divina tkun tistà topera fina, tibdel ħajjitna u ġgib il-frott tat-tajjeb.

Hawn hu dak li wara jxandar, is-Salm tal-Avvenet tagħna tallum:
“Il-mogħdijiet kollha tal-Mulej huma verità u grazzja / għal min josserva l-patt u l-preċetti tiegħu. . . / Il-Mulej jirrivela ruħu lil min jibżà minnu, / huwa jgħarrfu l-patt tiegħu” (Sal 24 [25], 10-14).

Permezz tal-esperjenza “missjunarja” ingħatalkom, għeżeż ħuti, li ssiru persuni ta’ fiduċja tal-pjanijiet divini, ta’ dawk li l-Missier Etern irrivela lill-bniedem f’Ġesù Kristu.

Oħorġu minn dawn il-“missjonijiet” konvinti li, grazzi għall-imħabba kompjaċenti ta’ Alla, il-bniedem jinsab f’patt miegħu. Dawn il-patti: il-ġdid u l-qadim kienu rivelati fil-Miġja ta’ Ġesù Kristu u definittivament imwettqa bis-Salib u l-Qawmien mill-Imwiet tiegħu.

B’dan il-mod, kull wieħed u waħda minna  aħna “bnedmin ġodda”, u lkoll flimkien nikkostitwixxu l-Poplu ta’ Alla tal-patt il-ġdid.

5. Dan il-Poplu ta’ Alla  f’parroċċi numerużi tal-Knisja f’Ruma ġedded l-għsarfien nisrani tiegħu permezz tal-“missjonijiet popolari”.

Tassew imbierka din l-opra”!

Nixtieq illum, f’dan l-ewwel Ħadd tal-Avvent, nesprimi l-ferħ tiegħi għaliex twettqet din l-opra u niżzi ħajr lil dawk kollha li kkontribwew għaliha.

6. Tali ġrajja kienet imħejjija preċedentement b’mod eżatt u estensiv; il-bidu tagħha uffiċjali seħħ nhar il-jum tlettax li għadda, bis-servizz tal-Misssirijiet Missjunarji;  imma r-reliġjużi nisa kienu diġa preżemti b’serrvizz tagħhom inqas apparixxenti imma xejn inqas effikaċi, diġa mit-tletin ta’ Ottubru ta’ qabel.

Dan in-numru massiv ta’ aħwa rġiel u nisa tal-Ordnijiet Franġiskani tal-Italja – 600 Patri u 500 soru – wettaq fostna din l-opra għal ġimagħtejn sħaħ b’mod assolutament gratwit, billi taw xhieda ta’ mħabba u ta’ disponibiltà diżinteressati għal kollox, li żgur ma jistax ma jqanqalx.

Kellna fostna, tul “il-Jum” tagħna kollu, dawn l-erwieħ ikkonsagrati, dawn l-irġiel u dawn in-nisa tal-Mulej, li f’numru kbir ta’ laqgħat, personali u komunitarji, mill-iktar umli u sempliċi, għall-iktar delikati u impenjattivi, u li maġġorment skussaw il-kuxjenza tagħna, kienu għalina sinjal u prova tal-ġid ċelesti u etern  .

Ir-ringrazzjament l-iktar ħaj tiegħi imur mela għal dawk kollha li ħadu sehem attiv f’din il-missjoni mbierka, għal dawk li ħolmuha u sponsorjawha, u li ssagrifikaw lilhom infushom għas-seħħ tagħha; ringrazzjament speċjali għall-Kardinal Vigarju u għall-Isqfijiet Awżiljarji, li appoġġjawha.

7. Issa, mela, li twettqet din l-opra pastorali kollha, l-opra tat-tiġdid spiritwali, komplu ppermettuli, li nagħmlilkom l-istess awguri li fil-liturġija tallum tal-Avvent jagħmel San Pawl lit-Tessalonkin:
“Il-Mulej igħinkom tikbru “biex ikunu jistgħu jidħlu għal “missjonijiet” simili wkoll il-parroċċi l-oħra u ċ-ċittadini ta’ Ruma),
-u toktru fl-imħabba lejn xulxin u lejn kulħadd, bħal imħabbitna lejkom,
– biex tirrendu qawwijin u bla tebgħa qlubkom fil-qdusija, quddiem Alla Missierna, fil-waqt tal-miġja ta’ Sidna Ġesù flimkien mal-qaddisin kollha tiegħu” (1 Ts 3, 12-13).

Flimkien ma’ San Pawl nawguralkom frott sod tal-“missjonijiet”. U ma dawn l-awguri – wkoll mal-Appostlu – inżid talba: “Nitolbukom u nħeġġukom fSidna Ġesù: intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; fittxu li dejjem taġixxu b’dan il-mod biex tiddistingwu ruħkom ferm iktar”” (1 Ts 4, 1).

8. Dawn huma l-awguri “ta’ Avvent”, u t-talb “ta’ Avvent”. Inqgħdhomkom quddiemkom fil-prospettiva tal-festi tal-Milied.

U fil-prospettiva ta’ dawn il-festi, li diġa minn issa jferrħu lil qlubna, intennu mal-Evanġelista Luqa:
“Ishru u itolbu l-ħin kollu biex ikollkom il-qawwa . . .  li tippreżentaw ruħkom quddiem Bin il-bniedem” (Lq 21, 36).

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading