Ġwanni Pawlu II lis-Saċerdoti mill-Puglia

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAL GRUPP TA’ SAĊERDOTI MILL-PUGLIA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
30 ta’ Novembru 1982

Meqjuma u għeżież ħuti fl-Episkopat u fil-presbiterat!

1. Qabel ma nibda din il-konċelebrazzjoni, jiena kuntent nesprimilkom l-ferħ tiegħi għal din il-laqgħa tagħna madwar il-Mejda ewkaristika. Insellem fikom ir-rappreżentanti kwalifikati kemm tal-Konferenza Episkopali tal-Puglia, kif ukoll tal-Kummisjoni Presbiterjali, miġburin f’Ruma fil-kwadru tal-Laqgħa reġġjonali tal-Puglia dwar l-ispiritwalità tal-kleru dijoċeżan. Iċ-ċirkustanza tagħtini ċans li niftakar iż-żewġ karatteristiċi fundamentali ta’ din l-ispiritwalità, li jikkorrispondu eżattament maż-żewġ waqtiet koeżistenzjali tal-Quddiesa: il-liturġija tal-Kelma u l-liturġija tal-Ewkaristija. Presbiteru għandu bħala l-ewwel dmir tiegħu li jistudja u jxandar b’kompetenza u bi mħabba l-Kelma ta’ Alla, waqt li jqis il-Kelma nfisha mas-sitwazzjoni reċiproka rejali. Dawn huma kolonni, fl-istess ħin elimentari u deċiżivi, li jikkostitwixxu l-identità propja tal-presbiteru dijoċeżan.

Illum, imbagħad, niċcelebraw il-festa ta’ San Indri Appostlu. U minnufih niġu ffaċċjati ma’ mudell distint ta’ din l-ispiritwalità. Is-smiegħ, ix-xandir, ix-xhieda, l-offerta tal-Fidwa, il-ħolqien ta’ komunitajiet ħajjin fil-fidi u fl-opri: hawn huma l-elementi li jikkaratterizzaw il-veru appostlu, li fuqhom imissna nirriformaw irwieħna fit-tħejjja għall-impenji tagħna ta’ kuljum. Jalla l-Mulej, ukoll permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni, iħeġġeġ fina l-grazzja meħtieġa.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading