Ġwanni Pawlu II fit-2 anniversarju taż-żjara f’Cologne

Print Friendly, PDF & Email

 QUDDIESA FIT-TIENI ANNIVERSARJU TAŻ-ŻJARA F’COLOGNE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
24 ta’ Novembru 1982

Għeżież ħuti fil-ministeru Episkopali,
Għeżież ħuti!

F’isem it-Trinità Qaddisa u taħt is-sinjal tas-Salib ninsabu miġburin hawn biex niċċelebraw il-liturġija qaddisa, is-sagrifiċċju ta’ Kristu. Irridu għaldaqstant niżżu ħajr lill-Mulej li ppermettilna, issa ilna sentejn, li niġu fin-nobbli u fl-istess ħin moderna belt tagħkom ta’ Kolonja, sedja veskovili ta’ oriġni antika. Dakinhar kien il-bidu mportanti taż-żjara tiegħi ta’ ħamest ijiem fil-Pajjiż tagħkom. Li dak il-waqt inizjali rnexxa tant tajjeb u tana qawwa u fiduċja għall-iżvolġiment suċċessiv tal-vaġġ tagħna, kien ukoll mertu tagħkom, li ħdimtu minn wara l-kwinti, flimkien ma ajjutanti siekta wkoll fil-bliet l-oħra taż-żjara tiegħi, sal-limitu tal-qawwiet tagħkom, biex tirrendu possibbli dik il-festa kbira ta’ fidi.

Għal dan kollu niżżi ħajr personalment lil kull wieħed u waħda minnkom u lill-oħrajn kollha u nitlobkom biex tqiegħdu hawn fuq l-altar dalgħodu tali tifkiriet ferrieħa, biex nirċevuhom lura, mibdula mill-Mulej, bħala qawwa ġdida għall-fidi u bħala tama fiduċjuża għall mixja ulterjuri nisranija fil-knisja kattolika.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: