IL-VIA LUCIS – IT-TRIQ TAD-DAWL

Print Friendly, PDF & Email

Il-mixja qaddisa ma’ Kristu Rxoxt għal żmien il-Għid. “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja.” (Ġw 8, 12)

Bil-kortesija ta’ Radju Leħen il-Belt Victoria.

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa,
l-Irxoxt qam minn bejn l-imwiet.
Hekk kien ħabbar l’ jseħħ kellu,
qabel jitla’, fis-smewwiet.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Għax imgħarfa minn ta’ Magdala,
Pietru u Ġwanni ġew jaraw.
Qabar vojt u miftuħ sabu,
faxex mitwija, osservaw.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Lil Marija min ta’ Magdala,
l-Irxoxt deher bla tgħarfu setgħet.
X’ħin b’isimha hu sejħilha,
lilu għarfet, hija ferħet.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Lil ta’ Emmaws l-Irxoxt jidher,
kien il-Ħadd tard fil-għaxija.
Mill-Iskrittura lilhom fiehem,
x’kellu jgħaddi, mill-Messija.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

“Ibqa’ magħna” l-Irxoxt stiednu,
u ġo darhom huma daħħluh.
Il-ħobż qabad, bierku u qasmu,
f’qsim il-ħobż, imbagħad għarfuh.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

L-Irxoxt jidher lill-Appostli,
fiċ-Ċenaklu miġburin.
Is-sliem tiegħu lilhom jagħti,
pjagi juri, miftuħin.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Kristu Irxoxt jibgħat l-Appostli,
sabiex jaħfru d-dnubiet.
Dak li fl-art iħollu u jorbtu,
hekk meqjus, hemm fis-smewwiet.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Ġimgħa wara l-Irxoxt dehrilhom,
daħal ġewwa bla ma nħass.
B’għajnejh rah u b’idu messu,
b’Mulej tiegħu, stqarr Tumas.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

F’xatt il-baħar tal-Galilija,
l-Irxoxt jżurhom reġa’ mar.
Mis-sajd lura jistennihom,
b’xi ħut qiegħed, fuq in-nar.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

“Tħobbni Int?” lil Pietru staqsa,
sabiex huwa jittestjah.
Għall-istqarrija ta’ imħabbtu,
bil-Primat, l-Irxoxt jafdah.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Kristu Rxoxt bagħat lill-Appostli,
biex imorru għand il-ġnus.
lilhom jgħallmu, lilhom jgħammdu,
biex kullħadd, mifdi meqjus.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Taż-Żebbuġ kienet il-għolja,
lill-Appostli l-Irxoxt tella’.
Idu refa’ u lilhom bierek,
waqt li s-sema, kien imtellgħa.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Ħamsin jum mill-qawmien tiegħu,
ma’ l-Appostli hemm Marija.
Fiċ-Ċenaklu f’talb mehdija,
tal-Ispirtu, l-istennija.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Fiċ-Ċenaklu lkoll miġbura,
meta ħoss ta’ riħ instema’.
Kien l-Ispirtu illi niżel,
fuq kull min, kien f’dik il-ġemgħa.

Rit: Ifraħ u thenna Verġni Marija, Hallelujah! Għax il-Mulej qam tassew, Hallelujah!

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading