Bħala Azzjoni Kattolika Maltija ningħaqdu mal-ferħ kbir tal-Azzjoni Kattolika Taljana għall-beatifikazzjoni tal-Venerabbli Armida Barelli, fundatriċi tal-Gioventù femminile (Azzjoni Kattolika tat-tfajliet), tal-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa u tal-Istitut Sekolari tal-Missjunarji tar-Regalità ta’ Kristu.
Sabiex insiru nafu aħjar lil din il-Beata l-ġdida u nħalluha tkellimna fil-ġurnata tal-lum, qegħdin norganizzaw serje ta’ laqgħat li xtaqna naqsmu magħkom.
Nittama li bħala lajċi impenjati fil-Knisja f’Malta nieħdu dan il-mument sabiex ningħaqdu fit-talb u sabiex fuq l-eżempju ta’ Armida nersqu iktar qrib ta’ Ġesù u nafdaw ħajjitna u l-ħidma tagħna f’idejh.

Għall-ewwel laqgħa, li hi mmirata għaż-żgħażagħ, se tingħaqad magħna online Emanuela Gitto, Viċi President Nazzjonali tal-Azione Cattolica Italiana għall-Fergħa taż-żgħażagħ, u għalhekk se tkun laqgħa bl-Ingliż. Il-laqgħa se tkun il-Ġimgħa 22 ta’ April fit-19:45 u tistgħu tingħaqdu billi tirreġistraw hawn: https://us02web.zoom.us/meeting/register/tZclf-ypqDgvG9aOLBO5U6gLfOKKSlTe_kUk

Il-Ħamis 28 ta’ April fid-9:30am se norganizzaw Adorazzjoni Ewkaristika fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Ħaż-Żebbuġ. Kulħadd hu mistieden jingħaqad magħna f’dan il-mument ta’ talb.
Is-Sibt 30 ta’ April fl-10:00am se ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Beatifikazzjoni ta’ Armida Barelli fid-Duomo ta’ Milan. Iċ-ċerimonja għandha tkun imxandra fuq l-istazzjon TV2000 (https://www.tv2000.it/live/)

Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju fis-19:00 fl-Istitut Kattoliku se jkollna taħdita mas-Sa Ninette Borg Grech u l-Prof Nadia Delicata (Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni) fuq ir-rwol tal-mara fil-Knisja u s-soċjetà tal-lum. Kulħadd hu mistieden jingħaqad magħna billi jirreġistra hawn: https://forms.gle/uTG6h8ZjBkUMoVZu8
Qed nibgħatilkom ukoll mehmuż mal-email bijografija qasira ta’ Armida Barelli, artiklu bit-taljan miktub minn Emanuela Gitto (il-mistiedna tal-ewwel serata)kif ukoll introduzzjoni li kiteb Papa Franġisku għall-ktieb fuq Armida li ħareġ reċentament.
Agħfas hawn biex tirreġistra għat-taħdita.
Agħfas hawn għal iktar tagħrif.