Ġwanni Pawlu II fil-parroċċa tal-Kurċifiss Imqaddes

Print Friendly, PDF & Email

VISTA PASTORALI FIL-PARROĊĊA RUMANA
TAL-KURĊIFISS IMQADDES
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 14 ta’ Marzu 1982

1. “… Aħna nippridkaw lil Kristu Msallab” (1Kor 1,23).

F’dan il-kliem tal-ittra lill-Korintin, Pawlu ta’ Tarsu jippronunzja l-messaġġ Apostoliku tiegħu. “Aħna nippridkaw lil Kristu Msallab” li huwa “qawwa u għerf ta’ Alla” (1Kor 1,24).

Dan il-messaġġ jiltaqà ma’ oppożizzjoni: għal-Lhud, li jitolbu l-mirakli, Kristu msallab huwa “skandlu”; għall-ġriegi, li jfittxu l-għerf, huwa hu “bluha”.

Pawlu ta’ Tarsu huwa konxju tal-oppożizzjoni li magħha jiltaqà l-messaġġ tiegħu f’għajnejn il-kontemporanji tiegħu.

Bdanakollu jħabbru bil-qawwa ferm iktar kbira tal-fidi: “Dak li huwa bluha ta’ Alla huwa ferm iktar għaref mill-bnedmin, u dak li huwa dgħufija ta’ Alla huwa ferm ikar b’saħħtu mill-bnedmin” (1Kor 1,25).

Illum għandi x-xorti li nżur il-parroċċa tas-“Salib imqaddes”.

Dan qed nagħmlu bħala Isqof ta’ Ruma, għall-imħabba lejn il-komunità tagħkom u b’qima profonda lejn Kristu Msallab.

Il-parroċċa tagħkom jewwilla ma tirriflettix, diġa bl-istess isem, il-messaġġ ta’ Pawlu lill-Korintin, u allura lill-insara kollha, lill-bnedmin kollha?

Parroċċa tas-“Salib Imqaddes”!

2. “Aħna nippridkaw lil Kristu…”!

Dan Kristu li kien jaf u jaf “dak li hemm f’kull bniedem”.

Fil-Vanġelu tallum naqraw infatti hekk: Waqt li kien Ġerusalem għall-Għid, waqt il-festa ħafna, billi raw is-sinjali li kien jagħmel, emmnu f’ismu. Ġesù iżda ma kienx jorbot fuqhom għaliex kien jafhom kollha u ma kellux bżonn li xiħadd jagħtih xhieda fuq ieħor, huwa infatti kien jaf dak li hemm f’kull bniedem” (Ġw 2,23-25).

Hekk kien matul il-ħajja terrena ta’ Ġesù.

Minn dak iż-żmien bosta oħrajn komplew “emmnu f’ismu”.

Hawn f’Ruma ħafna jemmnu f’Ġesù Kristu. F’din il-parroċċa wkoll hawn ħafna. Jistà jkun li saħansitra dawk li ma jafux li jemmnu, b’xi mod, jemmnu; ukoll dawk li jaħsbu li ma jemmnux. Kultant nagħmlu mistoqsijiet lill-bnedmin dwar tali fidi tagħhom, nagħmlulhom saħansitra inkjesti speċjali. U nirċievu numru ta’ tweġibiet, bla ebda dubju sinċieri.

Bdanakollu, fl-aħħar minn l-aħħar, hu biss, Kristu jaf “dak li hemm f’kull bniedem”. Dan jafu bix-xjenza li hija propja tirgħu biss. Xjenza divina u fl-istess ħin umana, ix-xjenza tal-Vanġelu u tar-Redenzjoni.

Huwa jaf, ladarba feda lil kull wieħed u waħda minna. Infatti, aħna ġejna mixtrija bi prezz għoli (cf. 1Kor 6,20; 7,23).

U għalhekk “nippridkaw lil Kristu Msallab”. Nippridkawh kontinwament, bla waqfien. Nippridkawh ukoll f’dan il-Ħadd tar-Randan, hawn, f’din il-parroċċa.

Hemm bżonn li l-bniedem iħares fil-profond tiegħu nnifsu, jaħseb dwar dak li hemm fih; forsi l-paċi tal-kuxjenza jew forsi l-ansjetà, it-toqol tad-dnubiet, il-piż ta’ responsabiltà kbira, ir-rimorsi.

Hemm bżonn madankollu, li fl-istess ħin, li kull wieħed u waħda minna nħarsu lejn il-Kurċifiss u naħsbu li wkoll għalih hemm dejjem “prezz għoli”. Għal tali prezz, infatti, konna mixtrija permezz tas-Salib!

3. Dan il-Ħadd ifakkarna fid-Dekalogu, il-liġi ta’ Alla mogħtija lill-Iżrael permezz ta’ Mosè fuq il-Muntanja Sinai; mogħtija lill-bnedmin kollha.

Nafuhom dawn il-kmandamenti. Ħafna jirrepetuhom kuljum fit-talb. Jalla s-sema tagħmel li dan nagħmluh ilkoll! Hija drawwa tassew tajba.

Ejjew nirripetuhom issa, hekk kif inhuma miktubin fil-ktieb tal-Esodu, biex inwettqu mill-ġdid u nġeddu dak li niftakru. Il-kmandamenti ngħataw waqt il-ħruġ ta’ Iżrael mill-Eġittu, bl-opra ta’ Alla; għalhekk l-ewwel kliem ifakkarna dan l-episodju.

“Jiena l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, mill-kundizzjoni tal-jasar”:
“Ma jkollokx allat oħra ħliefi….”.
“La ssemmix għalxejn isem il-Mulej, Alla tiegħek…”.
“Ftakar f’jum is-Sibt biex tqaddsu…”, hawn aħna ngħidu: “Ftakar tqaddes il-festi”.
“Weġġah il-missierek u lil ommok…”.
“La toqtolx”.
“La tikkommettix adulterju”.
“Ka tisraqx” “                                                                                                      “La tippronunzjax xhieda qarrieqa kontra l-proxxmu tiegħek”.
“La tixtieqx dar il-proxxmu tieghek. La tixtieqx lil mart il-proxxmu tiegħek, linqas l-ilsir tiegħu, linqas il-barri tiegħu, linqas il-ħmar tiegħu, linqs kull ħaġa li tappartieni lill-proxxmu tiegħek” (Es 20,2-3.7-8.17).

L-aħħar kmandament aħna nippronunzjawh b’żewġ modi. L-ewwel mod: la tixtieqx il-mara tal-oħrajn, u t-tieni: la tixtieqx il-ħwejjeġ tal-oħrajn.

Dawn il-kmandamenti kollha kienu jewwilla minquxa biss fuq iż-żewġ twavel li rċieva Mosè, u Iżrael żamm bħala l-iktar ħaġa sagra fl-Arka tal-patt? Mhux biss!

Dawn il-kmandamenti huma, fl-istess ħin, miktuba fil-qalb, fil-kuxjenza ta’ kull bniedem.

Għaliex Alla tana lil Ibnu Uniġenitu, kif tfakkarna l-liturġija tallum fil-kant għall-Vanġelu?

Sabiex ma titħassarx mill-kuxjenzi umani l-inċiżjoni tal-kmandamenti divini; sabiex l-bniedem jagħraf u jipprattika dawn il-kmandamenti u hekk jikseb “il-ħajja eterna”.

Lil żagħżugħ li jistaqsi lil Ġesù: “X’irrid nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja eterna?”, l-Imgħallem iwieġeb: “Osserva l-kmandamenti”. “Liema?” Ġesù jillista dawk stess li fil-Patt il-Qadim Mosè rċieva fuq il-muntanja Sinai (cf. Mt 19,16-22).

4. Ġesù Krisu jaf “dak kollu li hemm f’kull bniedem”; jaf li f’qalbu hemm miktuba l-kmandamenti tal-Missier.

Fil-Vanġelu tallum Kristu, juri ruħu sever fil-konfront ta’ dawk li jiksru l-kmandament tal-kult u tal-adorazzjoni dovuti lil Alla nnifsu: kmandament miktub iktar fil-kuxjenza milli fil-liġi sempliċi.

Infatti,dawk il-bejjiegħa u sarrafa kienu forsi f’posthom mal-liġi umana, imma Kristu huwa Dak li jaf “dak li hemm f’kull bniedem” u fl-istess ħin jieklu ż-żelu għad-dar ta’ Alla (cf. Ġw 2,17).

Waqt li jmexxi lill-bniedem fuq it-triq tal-kmandamenti, huwa jgħallmu jifhem dejjem aħjar u jħobb dejjem b’mod iktar profond din il-liġi, hekk kif jiddikjara s-Salm responsorjali tal-Quddiesa.

Bil-qies li bih il-bniedem jifhem il-kmandamenti divini, huwa jirrejalizza kemm jaf lilhom filħajja personali u soċjali. Dawn huma tassew it-triq tal-bniedem; huma għall-bniedem.

“Il-liġi tal-Mulej hi perfetta / tirrifreska r-ruħ; / ix-xhieda tal-Mulej hija ġenwina / tirrendi għaref l-bniedem sempliċi. / L-ordnjiet tal-Mulej huma ġusti / iferrħu l-qalb; / il-kontrolli tal-Mulej huma ċari / jagħtu d-dawl lil l-għajnejn. / Il-biżà tal-Mulej huwa pur, idum għal dejjem, / il-ġudizzji tal-Mulej huma kollha fidili u ġusti, / iktar preżżjużi mid-deheb, minn ħafna deheb fin, / iktar ħelu mill-għasel u minn xehda għasel” (Sal 18 [19],8-11).

Ikun tajjeb li nieqfu iktar fit-tul fuq dawn il-versetti tas-Salm. Allura naraw aħjar liema hija t-triq li twassal għall-imħabba tal-kmandamenti divini, b’mod partikolari tal-ikbar kmandament tal-Vanġelu, għal dik il-qawwa u l-imħabba divina li mbagħad saret Kristu msallab.

Is-Salib mhuwiex jewwilla il-kuxjenza suprema tal-umanità? Mhuwiex il-leħen ta’ Alla li jitkellem b’mod iktar qawwi mill-kuxjenzi umani? Leħen li jitkellem b’mod partikolari meta l-“miżuri umani” differenti iċekknu din il-kuxjenza u jifgawha?

Għandu mela raġun l-Appostlu mrta jgħajjat: “Aħna nippridkaw lil Kristu msallab… qawwa ta’ Alla u għerf ta’ Alla”.

5. Permezz tal-meditazzjoni dwar il-liġi divina, dwar il-kuxjenza umana u dwar is-Salib ta’ Kristu, il-liturġija tar-Randan tallum tħejjijna għall-misteru paskwali.

Wara t-tkeċċija tal-bejjiegħa u tas-sarrafa, xi Lhud daru lejn Ġesù b’din il-mistoqsija: “Liema sinjal turina biex tagħmel dawn il-ħwejjeġ? Weġibhom Ġesù: Ħottu dan it-tempju u fi tlett ijiem nerġà nibnieh. Qalulu allura l-Lhud: Dan it-tempju inbena f’sitta u erbgħin sena u int fi tlett ijiem terġà tibnieh? Imma hu kien qiegħed jitkellem dwar it-tempju ta’ ġismu..

Meta mbagħad huwa qam mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru li huwa dan kien qalu, u emmnu fl-Iskrittura u fil-kelma migħuda minn Ġesù” (Ġw 2,18-22).

6. Għeżież ħuti! Accettaw din il-meditazzjoni li qiegħed nippronunzja, billi ssegwu l-kliem tal-liturġija tallum, biex tqimu lil Kristu Msallab fil-parroċċa tal-“Kurċifiss Imqaddes”.

7. Minn fuq dan l-altar nixtieq issa nindirizza t-tislima kordjali tiegħi lilkom ilkoll fidili preżenti hawnhekk u lill-familja kollha parrokkjali. L-ewwel nestendi t-tislima tiegħi lill-Kardinal Vigarju, lill-Isqof responsabbli minn din iż-Żona tad-dijoċesi, lill-Kappillan, Patri Ferdinando Castaldi, u lill-kollaboraturi tieġħu, lil dawk kollha li jappartienu lill-Kongregazzjoni tal-Missjunarji Oblati di Maria Immacolata u napprofitta minn din iċ-ċirkostranza biex insellem lis-Superjur Ġenerali tal-Kongregazzjoni. Insellem imbagħad b’ferħ kbir lill-5000 familja li jiffurmaw il-parroċċa: fuq kollox lil dawk li jappartienu lid-diversi gruppi tal-lajkat organizzat u responsabbli u mbagħad lid-diversi membri tal-Komunità l-kbira, speċjalment il-morda u dawk kollha li b’xi mod qegħdin ibatu. Iħossuhom qrib qalbi ta’ Missier u ta’ Ħabib ukoll dawk ir-reliġjużi kollha li għandhom id-Djar tagħhom fl-isfera parrokkjali u d-diversi Istituti femminili li, sa fejn hu għalihom possibbli, jżommu rapporti tajbin ħafna mas-saċerdoti responsabbli, billi jiġu jgħinu fl-inizjattivi u fl-attivitajiet katekistiċi, formattivi u rikrejattivi. Ilkoll niftakarhom b’imħabba u għalihom ilkoll noffri t-talb tiegħi.

Waqt li nqis il-prospettivi tal-pastorali attwalment fil-fażi ta’ twettiq fil-parroċċa tagħkom, l-eżortazzjoni tiegħi, għeżież fidili, ma tistax tkun għajr waħda sempliċi: issekondaw l-inizjattivi tas-saċerdoti tagħkom! Dawn ikopru s-sena liturġika kollha u feħsiebhom jilħqu kull klassi ta’ persuni: mill-ġimgħa għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina għal dik tat-tfal tal-Griżma; għat-tħejjija tal-ġenituri għall-Magħmudija tal-ulied u dik tal-għarajjes għaż-żwieġ; mil-laqgħat tal-katekeżi għaż-żgħażagħ għal dawk tal-adulti; mill-pastorali tal-familja għal dik għall-morda; mill-attenzjoni għall-Vokazzjonijiet għall-attività liturġika. Dan huwa  pjan ta’ xogħol ta’ dwejjaq, li fih is-saċerdoti tagħkom jużaw il-ħin kollu tagħhom, ħajjithom kollha! Inqis tassew validi il-“mixja ta’ tħejjija għall-Griżma”; l-“Iskola għall-Katekisti” u l-“Ġimgħa Bibblika”: dawn huma mezzi important, speċjalment illum, biex japprofondixxu b’mod globali u eżawrjenti il-fidi tagħkom biex imbagħad tgħixuha b’konsistenza u kuraġġ fis-soċjetà moderna. Ħudu sehem bi spirtu ta’ dedikazzjoni awtentika fl-attivitajiet parrokkjali, biex tkunu u tħossukom dejjem iktar insara konvinti, kuntenti u żelanti, miftuħa għall-karità u għall-għajnuna reċiproka.

B’mod partikolari nixtieq nirrakkomanda s-sehem fil-Quddiesa festiva. Impenjaw ruħkom biex ma tonqsu qatt. In-nisrani huwa l-bniedem tal-Quddiesa, għaliex fehem li Kristu jġedded għalih is-sagrifiċċju feddej tiegħu.

Intemm bl-awgurju sinċier li din il-parroċċa ma tieqaf qatt ixxandar lil Kristu Msallab. Jalla hu jibqà għall-komunità kollha, għal kull wieħed u waħda u għal kulħadd, “qawwa ta’ Alla u għerf ta’ Alla” u jġib frott abbundanti fil-kuxjenzi umani, minkejja d-diversi oppożizzjonijiet li hu jiltaqà magħhom fid-dinja kontemporanja. Infatti hu jiltaqà magħhom mhux biss fost il-“Lhud” u l-“Griegi”, li dwarhom jikteb l-Appostlu; imma jiltaqà magħhom fid-dinja kontemporanja. Imma dan ma jiskuraġġix l-impenn tagħna fix-xandir ta’ Kristu, Kristu Msallab.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emauel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading