Ġwanni Pawlu II fil-Quddiesa tal-lejl tal-Milied

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA TA’ NOFSILLEJL
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru,
24 ta’ Diċembru 1982 

“Twelditilna tarbija, / ingħatalna iben. /Fuq spallejh is-sinjal tas-sovranità” ( 9, 5).

1. It-twelid ta’ Ġesù Kristu fil-lejl ta’ Betlem huwa, fil-liturġija tallum, qabel kollox ippreżentat f’forma deskrittiva.

Il-ġrajja hija rrakkontata mill-evanġelista Luqa. Għadna kemm smajniha ftit ilu.

Id-deskrizzjoni hija pjuttost partikolariġġata. L-ewwelnett hija twieġeb id-domanda dwar iċ-ċirkustanzi storiċi, li fihom seħħet il-ġrajja. Insiru mela nafu li, wara d-digriet ta’ Ċesare Awgustu, ġie ordnat iċ-ċensiment “meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja” (cf. Lq 2, 1 s). Fuq tali sfond jgħaddi għad-deskrizzjoni tal-ġrajja nfisha. Hawn hu, infatti – biex jissodisfa d-dmir ikkawżat mid-dispożizzjoni tal-awtorità – Ġużeppi “mill-belt ta’ Nażżaret u mill-Ġalilea telà fil-Ġudea fil-belt ta’ David”, jisimha Betlem, biex jinkiteb flimkien ma’ Marija martu”. Ġużeppi jagħmel dan, għaliex “kien mid-dar u mill-familja ta’ David”. Id-dar u l-familja, kif inhu magħruf, kienu marbutin mal-belt ta’ Betlem. Evidentement l-obbligu taċ-ċensiment kellu jkun imwettaq fil-post minn fejn kienet ġejja l-familja.

Marija f’dak il-perijodu kienet tqila. Kienet qiegħda tistenna t-Tarbija.

2. Dan kollu huwa rrakkontat fid-deskrizzjoni tal-evanġelista Luqa b’mod dettaljat. Id-deskrizzjoni wkoll tat-twelid innifsu tat-Tarbija hija partikolariġġata sewwa u, fl-istess ħin, ispirata minn sempliċità totali.

Insiru nafu li l-ġrajja seħħet wara l-wasla tagħhom f’Betlem, meta diġa kienu “jinsabu f’dak il-post” (Lq 2, 6). Nafu wkoll li twettqet f’kondizzjinijiet mhux tas-soltu, “għaliex ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Lq 2, 7). Il-miġja fid-dinja ta’ Iben Marija mela seħħet mhux f’dar, li hija l-abitazzjoni tal-bnedmin, imma f’ambjent iddestinat għall-annimali, kif jirriżulta mill-fatt li Marija kebbet lil l-ewwel iben tagħha fil-ħrieqi “u medditu f’maxtura” (Lq 2, 7).

Mill-kwadru tad-deskrizzjoni nsiru nafu mill-ġdid li, wara ċertu ħin, fil-post li fih Bin Marija ġie fid-dinja, waslu r-rgħajja, li “kienu f’dawk l-inħawi” u “kienu jgħassu l-imrieħel tagħhom” (Lq. 2, 8).  Huma kienu mwassla hemm minn sinjal speċjali tas-sema.

3. Dak li seħħ fil-lejl a’ Betlem infatti ma jistax ikun ristrett fil-kwadru ta’ deskrizzjoni ta’ aħbar. Għalkemm din id-deskrizzjoni hija definita fil-qari tal-liturġija tallum b’mod tassew dettaljat, hija bdanakollu għadha ma tgħidx kollox.

Biex nagħrfu kollox hemm bżonn li nippenetraw fl-iżvolġiment tal-ġrajjiet fid-dawl tal-kliem tal-profeta Iżaija, li tkellima dwaru fil-bidu.

“Għaliex twelditilna tarbija / ingħatalna iben. / Fuq spallejh is-sinjal tas-sovranità” ( 9, 5).

“Liema poter” hemm fuq spalliet din it-Tarbija, li fis-siegħa tal-miġja tagħha fid-dinja ma kellha linqas saqaf uman sempliċi fuq rasha? Li bħala l-ewwel  benniena, kellha maxtura tal-annimali?

Fil-lejl ta’ Betlem ejjew aħna nistaqsu lilna nfusna dwar dan il-“poter”, li gieb miegħu fid-dinja dan l-Imwieled-ġdid.

Il-kliem ta’ Iżaija jistà jkun li jitkellem dwar il-futur ta’ din it-Tarbija mwielda fil-lejl ta’ Betlem, billi fiha ra mexxej terren tal-poplu?

Bdanakollu aħna nafu – li dan għandu x’jaqsam ma’ ġrajjiet oħra, ukoll magħrufa sewwa minna – li l-ħajja ta’ Ġesù ta’ Nażżaret, imwieled fil-lejl ta’ Betlem, se jispiċċa b’mewt fuq is-salib.

Liema poter mela se jsib ruħu fuq spallejh fil-lejl ta’ twelidu u liema se jkun ukoll fis-sigħat tal-Ġolgota?

4. It-tweġiba għal dawn id-domandi hija miġbura fit-totalità tat-test liturġiku. Din tidħol fil-qalb stess tal-ġrajjiet tal-lejl ta’ Betlem, imma tissupera d-dimensjonijiet umani tagħhom.

Hekk hu, nisimgħu li ma’ dak l-Anġlu li ħabbar lir-rgħajja t-twelid tas-Salvatur “dehret . . . moltitudni tal-eżerċtu tas-sema li kienet tfaħħar lil Alla u tgħid: «Glorja lil Alla fl-ogħla tas-sema / u paċi fl-art lill-bnedmin li huwa jħobb»” (Lq 2, 13 s).

Din il-verità, li l-lejl ta’ Betlem jiġbor fih b’mod integru, ma setgħux jippronunzjawha xuftejn unikament umani.

Din ma setgħetx tkun “ippronunzjata”, imma biss “imħabbra” – hekk bħall-verità dwar il-konċezzjoni tal-Alla – Iben fil-ġuf tal-Verġni ta’ Nażżarete.

U hekk hu, f’dik l-annunzjazjoni ta’ Betlem insibu tweġiba għad-domanda tagħna.

Liema poter ġie mqiegħed fuq apallejn Kristu f’dak il-lejl? Poter uniku.  Il-poter, li huwa biss jippossiedi. Infatti huwa biss għandu l-poter li jippenetra r-ruħ ta’ kull bniedem bil-paċi tas-Sodisfazzjon Divin.

Huwa biss għandu l-poter li jagħmel iva li l-bnedmin isiru wlied Alla.

Huwa biss kapaċi li jeleva l-istorja tal-niedem sal-għoli tal-glorja ta’ Alla.

“Huwa biss”.

Ejjew insellmulu bi gratitudni u ferħ, f’dan il-lejl imdawwal”.

Venite, adoremus!”.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading