Temmnu inti dan?

Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 2025
Mill-Moviment tal-Fokolari

Erbat ijiem wara l-mewt ta’ Lażżru, Ġesù rħielha lejn Betanja. Kif saret taf b’dan, Marta oħt Lażżru, imtliet bit-tama u telqet tiġri biex tiltaqa’ miegħu. Il-Vanġelu jgħid li Ġesù kien iħobb ħafna kemm lilha, kif ukoll lil ħutha Marija u Lażżru[1]. Għalkemm kienet imnikkta għall-aħħar, Marta wriet lil Ġesù li kellha  fiduċja sħiħa fih, ċerta illi kieku kien hemm hu, ħuha ma kienx se jmut. Imma wkoll issa, dak kollu li hu jitlob lil Alla żgur li kien jagħtihulu. Ġesù qalilha: “Ħuk jerġa’ jqum” (Ġw 11, 23).

aktar