L-Ordni Tereżjan u l-Qaddisin tiegħu

L-Ordni Tereżjan, jew kif inhu magħruf ukoll dak tal-Karmelitani Skalzi huwa komunità reliġjuża Kattolika li twaqqfet fis-seklu sittax bħala riforma tal-Ordni Karmelitan. Din ir-riforma kienet immexxija minn Santa Tereża ta’ Ġesù, magħrufa wkoll bħala Santa Tereża ta’ Avila, u San Ġwann tas-Salib, li xtaqu jerġgħu lura għal ħajja aktar sempliċi, kontemplattiva u ddedikata għat-talb u s-silenzju. Il-kelma “skalzi” tfisser li kienu jilbsu sandli sempliċi u bla kalzetti bħala sinjal ta’ faqar u umiltà. L-ispiritwalità tagħhom tiffoka fuq relazzjoni profonda ma’ Alla permezz tat-talb interjuri, meditazzjoni u sagrifiċċju personali.


It-Tereżjani f’Malta

L-Ordni tal-Karmelitani Skalzi wasal Malta fis-seklu sbatax. L-ewwel wasla tagħhom kienet madwar is-sena 1618, Bnew knisja u kunvent iddedikati lil Santa Tereża maġemb il-port ġewwa Bormla.
Illum il-patrijiet huma preżenti f’Bormla, Birkirkara u Ta’ Xbiex, waqt li s-sorijiet tal-klawsura qegħdin fil-Monasteru ta’ Santa Margerita f’Bormla.


San Ġwann tas-Salib u Santa Tereża ta’ Avila

Fost il-qaddisin kanonizzati tal-Ordni tal-Karmelitani Skalzi nsibu qabel xejn lil Santa Tereża ta’ Avila u San Ġwann tas-Salib, li huma wkoll Dutturi tal-Knisja minħabba l-kitbiet spiritwali profondi tagħhom.


Qaddisin oħra mill-Ordni tal-Karmelitani Skalzi

Qaddisin oħra importanti jinkludu lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesù jew Tereża ta’ Lisieux, magħrufa għall-“triq ċkejkna” ta’ fiduċja u mħabba lejn Alla, u Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein), filosfa u martri tal-Olokawst, u Santa Eliżabetta tat-Trinità, mistika Franċiża, magħrufa għall-attenzjoni spiritwali u profonda tagħha fuq il-mod kif it-Trinità Qaddisa tgħammar fir-ruħ.

L-Ordni tal-Karmelitani Skalzi għadu llum ukoll preżenti madwar id-dinja u qed ikompli jispira lil ħafna persuni biex jgħixu ħajja ta’ talb, paċi interjuri u dedikazzjoni lejn Alla.


Lista alfabetika ta’ kitbiet relatati …

San Ġwann tas-Salib

Santa Eliżabetta tat-Trinità

Santa Tereża Benedetta tas-Salib. Edith Stein

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u tal-Wiċċ Imqaddes

Santa Tereża ta’ Ġesù (ta’ Avila)

Tereżjani f’Malta. Minn David Rossi