San Ġużepp, ir-raġel tal-Verġni Marija, huwa figura importanti ħafna fit-tradizzjoni Nisranija. Huwa magħruf bħala raġel ġust, umli u ubbedjenti lejn Alla. Skont l-Evanġelji, San Ġużepp kien mastrudaxxa minn Nazaret u ġie magħżul biex ikun il-missier adottiv ta’ Ġesù u l-protettur tal-Familja Mqaddsa. Meta sar jaf li Marija kienet tqila permezz tal-Ispirtu s-Santu, hu wera fidi kbira billi aċċetta r-rieda ta’ Alla u baqa’ jieħu ħsiebha.
San Ġużepp huwa meqjus bħala mudell ta’ missier u ħaddiem onest, u għalhekk il-Knisja Kattolika tqimu bħala l-patrun tal-ħaddiema u tal-familji. Huwa wkoll meqjum bħala l-qaddis protettur tal-Knisja Universali, titlu mogħti mill-Papa Piju IX fl-1870.
Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata fid-19 ta’ Marzu.
Talba lil San Ġużepp
O Mqaddes Ġużeppi, fl-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru, b’tama kbira nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara l-patroċinju ta’ l-għarusa mqaddsa tiegħek.
Mela, f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u l-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.
Kif int, o Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-familja divina u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, o missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja, ieqaf magħna mis-smewwiet f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, o prottettur qawwi tagħna; u kif darba ħlist mill-mewt lill-bambin Ġesù, hekk issa ddifendi l-Knisja ta’ Alla mit-tnassis ta’ l-għedewwa u minn kull hemm.
Xerred dejjem fuq kull wieħed minna l-patroċinju tiegħek, sabiex, bl-eżempju tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba u naqilgħu l-hena ta’ dejjem fil-ġenna. Ammen.
Kurżitajiet dwar San Ġużepp.
Minn Fr Norbert Bonavia mssp
San Ġużepp fit-tagħlim tal-Papiet


Redemptoris Custos tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-persuna u l-missjoni ta’ San Ġużepp fil-ħajja ta’ Kristu u tal-Knisja. 15/08/1989.
Patris Corde tal-Papa Franġisku fil-150 sena tad-dikjarazzjoni ta’ S. Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja. 08/12/2020.
SAN ĠUŻEPP, BNIEDEM LI JOĦLOM
San Ġużepp, bniedem li joħlom hija biss waħda mit-temi tat-12-il katekeżi li l-Papa Franġisku kien għamel bejn Novembru 2021 u Frar 2022, waqt l-Udjenzi Ġenerali tiegħu ta’ kull nhar ta’ Erbgħa.
Hawn taħt issib it-temi tal-katekeżijiet kollha. Ma’ kull waħda hemm link li minnha tista taqra l-katekeżi bil-Malti.
01. San Ġużepp u l-ambjent li fih għex.
02. San Ġużepp fl-istorja tas-salvazzjoni.
03. Ġużeppi, raġel ġust u żewġ Marija.
04. San Ġużepp bniedem tas-skiet.
05. San Ġużepp, migrant ippersegwitat u kuraġġjuż.
06. San Ġużepp, il-missier putattiv ta’ Ġesù.
07. San Ġużepp, il-mastrudaxxa.
08. San Ġużepp, missier fil-ħlewwa.
09. San Ġużepp, bniedem li joħlom.
10. San Ġużepp u x-xirka tal-qaddisin.

Quemadmodum Deus. Digriet li bih il-Papa Piju IX jipproklama lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. 08/12/1870

Quamquam pluries. Enċiklika tal-Papa Ljun XIII dwar id-devozzjoni nisranija lejn San Ġużepp. 15/08/1889.

Le voci. Ittra tal-Papa Ġwanni XXIII li biha qiegħed il-Konċilju Vatikan II taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp. 19/03/1961

DOKUMENTI TAL-KNISJA DWAR SAN ĠUŻEPP
Siltiet minn Patris Corde. Miġbura u moqrija minn Dr Andrew Baldacchini MD.
Quamquam pluries. Ittra Enciklika tal-Papa Ljun XIII dwar id-devozzjoni lejn San Ġużepp. 15/08/1889.
OMELIJI, DISKORSI, ETC MILL-PAPIET
Diskors tal-Papa Franġisku dwar San Ġużepp lill-familji fil-Filippini. 16/01/2015.
Diskors tal-Papa Benedittu XVI fl-Angelus tat-3 Ħadd tal-Avvent. 18/12/2005. (EN)
Omelija tal-Papa Pawlu VI ad unur ta’ San Ġużepp. 19/03/1975. (EN) (IT)
Talba tal-Papa Pawlu VI lil San Guzepp Ħaddiem. 01/05/1969. (IT)
OMELIJI, DISKORSI, ETC MILL-ISQFIJIET MALTIN
Kummenti tal-Isqfijiet Maltin fuq San Ġużepp. Sena Ġużeppina 2021. (vidjos)
Mill-Arċisqof Charles J. Scicluna
Sunett lil San Ġużepp. 23/05/2016.
Omelija fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Kirkop. 12/07/2020.
Mill-Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi
A man of action. Article published in the Sunday Times of Malta. 17/01/2021.
San Ġużepp Protettur tal-Ħajja. Omelija fil-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem. 25/04/2018.
San Ġużepp kien bniedem li joħlom. 18/12/2020.
B’qalb ta’ Missier. Messaġġ fil-Flimkien ta’ Jannar 2020.
Mill-Isqof Anton Teuma
Omelija tal-Isqof Anton Teuma fil-Festa titulari ta’ San Ġużepp. 03/08/2025
Omelija tal-Isqof Anton Teuma fil-Festa titulari ta’ San Ġużepp tal-Qala 04/08/2024
Omelija tal-Isqof Anton Teuma f’San Ġużepp Ħaddiem 01/05/2024
San Ġużepp joħroġna mill-kriżi tal-paternità 07/05/2023
Omelija tal-Isqof Anton Teuma fil-Festa titulari ta’ San Ġużepp 07/08/2022
Omelija tal-Isqof Anton Teuma fil-Festa ta’ San Ġużepp 01/08/2021
Omelija tal-Isqof Anton Teuma fil-Festa ta’ San Ġużepp 02/05/2021
San Ġużepp: Missier li jilqa’ 08/04/2021
Mill-Isqof Mario Grech
Meta l-lejl isir nhar. Omelija fil-festa ta’ San Ġużepp. Santwarju parrokkjali tal-Qala. 19/03/2019.
San Ġorġ Preca u San Ġużepp
San Ġużepp hu mudell għalina lkoll.
Madwar San Ġużepp nhar il-festa tiegħu.
Preżentazzjoni powerpoint b’episodji dwar San Ġużepp minn San Ġorġ Preca.
Aktar dwar San Ġużepp
San Ġużepp tal-Papa Franġisku.
San Ġużepp u l-Milied. Kitba ta’ Angelo Xuereb, 20/12/2021.
Joseph of Nazareth: A Man Worth Knowing. Public lecture at Il-Ħaġar. 13/11/2021.
Ġużeppi, il-Qaddis l-aktar maħbub ta’ San Piju ta’ Pietrelcina. Minn Fr Joe Buttiġieġ ofm cap.
Fil-ħanut ta’ Ġużeppi. Play qasira għat-tfal.
San Ġużepp. Omelija minn Patri Marcello Ghirlando ofm fil-festa ta’ San Ġuzepp. Qala, 2017.
Joseph’s Song. How could it be. By Michael Card.
Diversi kitbiet oħra dwar San Ġużepp minn diversi kittieba.
Seba’ invokazzjonijiet ġodda fil-Litanija ta’ San Ġużepp. 02/05/2021.
