Imfakkar kull sena fir-Raba’ Ħadd ta’ Lulju
TALBA FL-EWWEL JUM TAN-NANNIET U L-ANZJANI
25 ta’ Lulju 2021
Nirringrazzjak, Mulej, għall-faraġ li tagħtini bil-preżenza tiegħek: imqar fis-solitudni, int it-tama tiegħi, il-fiduċja tiegħi; sa minn żgħożiti, int il-blata tiegħi u l-fortizza tiegħi!
Nirringrazzjak li tajtni familja u għall-barka ta’ ħajja twila.
Nirringrazzjak tal-mumenti ta’ ferħ u ta’ diffikultà, tal-ħolm li sar realtà u ta’ dak li għad għandi quddiemi.
Nirringrazzjak għal dan iż-żmien ta’ frott imġedded li qed issejjaħli għalih.
Kattar il-fidi tiegħi, o Mulej, agħmilni strument tal-paċi tiegħek; għallimni nilqa’ lil min qed ibati iktar minni, biex ma niqafx noħlom u biex nirrakkonta l-għeġubijiet tiegħek lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda.
Ħares u mexxi lill-Papa Franġisku u lill-Knisja, sabiex id-dawl tal-Vanġelu jilħaq it-truf tal-art.
Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, biex iġġedded id-dinja, sabiex il-maltempata tal-pandemija titrażżan.
Saħħaħni fid-dgħufija, u agħtini li ngħix bis-sħiħ kull mument li tirregalali, fiċ-ċertezza li int miegħi kuljum sal-aħħar taż-żmien.
Amen.
Mill-Papa Ljun XIV
Mill-Franġisku
META L-PAPA FRANĠISKU WAQQAF IL-JUM DINJI TAN-NANNIT U L-ANZJANI (25 ta’ Lulju 2021)
Fl-Angelus ta’ nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju 2021 il-Papa Franġisku ħabbar li r-raba’ Ħadd ta’ Lulju se jibda jkun il-Jum Dinji dedikat għan-Nanniet u għall-Anzjani. Intgħażlet ġurnata qrib it-tifkira liturġika ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, in-nanniet ta’ Ġesù. Kompli …
Aktar dwar l-Ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjni
Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ewwel Jum Dinji ta-Nanniet u l-Anzjani.
Għanijiet pastorali tal-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani.
Suġġerimenti għat-Talbiet tal-Fidili u biex issir tifkira tal-anzjani li mietu fil-Pandemija.
Barka fuq l-Anzjani fl-għeluq tal-quddiesa. Warajha ssir il-barka tas-soltu.
Talba għall-Ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani.
Il-Papa ser jagħti Indulġenzi Plenarji fil-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani,
Indikazzjonijiet għall-Ewwel Jum Dinji tal-Nanniet u l-Anzjani.