L-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin

Santu Wistin kiteb “L-Istqarrijiet” fis-sena 400 wK. Fih insibu awtobijografija spiritwali ta’ Santu Wistin, fejn hu jesplora l-bidu ta’ ħajtu, il-vjaġġ intellettwali tiegħu, u l-konverżjoni tiegħu għall-Kristjaneżmu Kattoliku.

Kopja tal-13-il ktieb kollha (pdf)…

F’dan il-ktieb insibu riflessjoni profonda dwar id-dnub, il-fidwa, u n-natura ta’ Alla. L-istil tal-kitba hu dak ta’ rakkontat tal-ħajjet Santu Wistin, imżewqa b’talbiet twal li huma riflessjoni tal-esperjenzi ta’ ħajtu, kif ukoll b’meditazzjonijiet filosofiċi, umani u spiritwali. Ix-xogħol huwa maqsum fi tlettax-il ktieb, bl-ewwel disgħa jiddettaljaw l-istorja personali ta’ Santu Wistin u l-aħħar erbgħa jidħlu fil-fond f’temi teoloġiċi u filosofiċi, partikolarment in-natura tal-memorja u l-interpretazzjoni tal-Ġenesi.


Ħajr lis-Sur Marcel Zammit Marmara u lir-Radju Marija tar-rekording ta’ dawn il-kotba minn Santu Wistin.

Email: … tsrp@agostinjani.org