Imfakkar fil-Ħadd ta’ qabel tal-aħħar ta’ Ottubru ta’ kull sena.
Talba għall-Missjoni
Alla, o Missier ta’ l-imbierek Ġesù Kristu, fuq l-eżortazzjoni ta’ dan l-istess Iben tiegħek, aħna nitolbuk li tibgħat ħaddiema fid-dinja biex jgħallmu n-nies li qegħdin fl-injoranza tal-fidi, u b’hekk dawn l-imsejknin jaslu biex jagħrfu lilek Alla wieħed veru, u l-istess Ġesù Kristu li inti bgħatt fid-dinja Salvatur tagħha.
Aħna nafu li inti trid li l-bnedmin kollha jsalvaw u nafu wkoll li mingħajr il-grazzja tiegħek xejn ma jista’ wieħed jagħmel: għalhekk bil-fiduċja nsejħu fuqna l-Isem qaddis tiegħek. Ħaġa waħda biss hija nesesarja għalina bnedmin, u din hija li nsalvaw ruħna, u tassew insalvawha jekk nidhru fl-għajnejn tiegħek oġġetti tal-ħniena tiegħek.
Aħna nitfarrġu meta nafu li hija proprjetà tiegħek li tħenn dejjem u li taħfer: u għalhekk fl-idejn tiegħek nerħu l-ispirtu tagħna. Kull unur u kull glorja dejjem għalik waħdek, o Omnipotenti.
Amen.
Mill-Papa Ljun XIV
Mill-Papa Franġisku
Missjunarji tat-Tama. Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Missjoni, 2025.
Qlub imkebbsa, saqajn mexjin. Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja, 2023.
Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja. Tkunu xhieda tiegħi, 2022.
Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja. Hawn jien, ibgħat lili, 2020.
Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Missjonijiet, 2016.
Messaġġ tal-Papa Franġisku għal Jum Dinji tal-Missjon, 2015.
Mill-Papa Benedittu XVI