Imfakkar kull sena fl-1 ta’ Settembru
Talba Nisranija mal-ħolqien
Infaħħruk, Missier, mal-ħlejjaq kollha tiegħek, li ħarġu minn dirgħajk setgħana. Huma tiegħek, u mfawra bil-preżenza tiegħek u bil-ħlewwa tiegħek. Tkun imfaħħar!
Iben ta’ Alla, Ġesù, minnek inħalqu l-ħwejjeġ kollha. Int issawwart fil-ġuf ta’ ommok Marija, sirt parti minn din l-art, u ħarist lejn din id-dinja b’għajnejn ta’ bniedem. Illum int ħaj f’kull ħlejqa bil-glorja tal-Qawmien tiegħek. Tkun imfaħħar!
Spirtu s-Santu, li bid-dawl tiegħek tmexxi lil din id-dinja lejn l-imħabba tal-Missieru ssieħeb il-karba tal-ħolqien, int ukoll tgħammar fi qlubna biex tiġbidna lejn it-tajjeb. Tkun imfaħħar!
Mulej Alla, Wieħed u Tlieta, komunità tal-għaġeb ta’ mħabba bla tmiem, għallimna nikkontemplawk fil-ġmiel tal-univers, fejn kollox ikellimna dwarek, Qanqal fina għanja ta’ tifħir u gratitudni għal kull ħlejqa li int għamilt. Agħtina l-grazzja li nħossuna mwaħħda b’mod intimu ma’ kulma jeżisti.
Alla ta’ mħabba, urina x’inhu postna f’din id-dinja bħala għodda ta’ mħabbtek għall-ħlejjaq kollha ta’ din l-art, għax lanqas waħda minnhom biss mhi minsija minnek. Dawwal lil dawk li għandhom is-setgħa u l-flus li ma jmorrux jaqgħu fid-dnub tal-indifferenza, imma jħobbu l-ġid komuni, iwieżnu lid-dgħajfa, u jieħdu ħsieb ta’ din id-dinja li fiha ngħixu. Il-foqra u l-art qed jokorbu: Mulej, bil-qawwa u bid-dawl tiegħek, agħżel lilna biex inħarsu lil kull ħajja, biex inħejju għal ġejjieni aħjar, biex tiġi Saltnatek ta’ ġustizzja, ta’ paċi, ta’ mħabba u ta’ ġmiel. Tkun imfaħħar!
Amen.
Mill-Papa Ljun XIV
Mill-Papa Franġisku
Messaġġ tal-Papa Franġisku. Belt tal-ġejjieni u mudell ta’ żvilupp, 2020.
Messaġġ Urbi et Orbi tal-Papa Franġisku. Għid il-Kbir, 2020.
Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Għożża tal-Ħolqien, 2019.
Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Għożża tal-Ħolqien, 2018.
Messaġġ tal-Papa Franġisku fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien, 2016.