L-Ordni Agostinjan u l-Qaddisin tiegħu

L-Għan tal-Ordni Agostinjan

L-għan tal-Ordni Agostinjan (OSA) huwa dak li jgħin lil dawk imsieħba fih, kemm jekk reliġjużi rġiel jew nisa u kemm jekk lajċi, sabiex f’għaqda ta’ fraternità u ta’ ħbiberija spiritwali, jfittxu lil Alla, jfaħħruh u jaħdmu għall-qadi tal-poplu tiegħu. Hekk huma jipparteċipaw fil-missjoni ta’ evanġelizzazzjoni tal-Knisja universali biex twassal il-Bxara t-Tajba lid-dinja kollha.

L-Ordni Agostinjan huwa magħruf b’dan l-isem minkejja li ma ġiex imwaqqaf direttament minn Santu Wistin. Dan jista’ jidher kontradittorju mal-ewwel daqqa t’għajn, iżda l-ispjegazzjoni tinsab kemm fl-istorja u kemm fl-ispiritwalità tal-Ordni.

L-ewwel nett, huwa importanti nżommu f’moħħna li Santu Wistin, li għex bejn is-snin 354–430 wK, kien isqof u teologu kbir tal-Knisja bikrija, iżda qatt ma waqqaf ordni reliġjuża fis-sens kif nifhmuh illum. Madankollu, hu kiteb regola ta’ ħajja magħrufa bħala r-Regola ta’ Santu Wistin, li kienet tinkludi prinċipji ta’ għixien komunitarju, talb, faqar u għaqda bejn il-membri.

Matul is-sekli wara mewtu, diversi gruppi ta’ eremiti u komunitajiet reliġjużi fl-Ewropa bdew jadottaw din ir-regola bħala gwida għall-ħajja tagħhom. Dawn il-gruppi ma kinux magħqudin taħt struttura waħda, iżda kienu jaqsmu l-istess ideali spiritwali spirati minn dan il-qaddis.

Fis-seklu tlettax, il-Papiet tal-Knisja Kattolika ddeċidew li jgħaqqdu dawn il-komunitajiet differenti f’Ordni wieħed. Dan seħħ b’mod speċjali taħt il-Papa Innocenz IV u wara taħt il-Papa Alessandro IV, li fl-1256 formalment waqqaf l-Ordni tal-Eremiti ta’ Santu Wistin, illum magħruf bħala l-Ordni Agostinjan. Dan il-proċess huwa magħruf bħala l-Magna Unio jew l-għaqda kbira.

L-Ispiritwalità tal-Ordni

Il-valuri ewlenin tal-Ordni Agostinjan huma b’mod partikolari, il-komunità, l-imħabba fraterna, it-tfittxija tal-verità u r-relazzjoni profonda ma’ Alla. Dawn kollha huma temi ċentrali fil-kitbiet ta’ Santu Wistin, speċjalment fl-opri kbar tiegħu; l-Isqarrijiet u kif ukoll il-Belt ta’ Alla.


QADDISIN MILL-ORDNI AGOSTINJAN

SANTA RITA TA’ CASCIA

Santa Rita ta’ Cascia hija waħda mill-aktar qaddisin maħbuba fil-Knisja. Magħrufa bħala l-qaddisa tal-każi diffiċli u impossibbli. Twieldet fl-1381 fir-raħal żgħir ta’ Roccaporena, qrib Cascia, fl-Italja …

Kompli …

SAN NIKOLA TA’ TOLENTINO

San Nikola ta’ Tolentino huwa wieħed mill-qaddisin tal-Ordni Agostinjan. Twieled fl-Italja fl-1245, fil-belt ta’ Sant’Angelo in Pontano, u minn età żgħira, kien magħruf għad-devozzjoni u l-umiltà tiegħu …

Kompli …


SAN TUMAS TA’ VILLNOVA

San Tumas ta’ Villanova, twieled fl-1488 fi Villanova, fi Spanja. Huwa magġruf b’mod speċjali għall-karità kbira tiegħu lejn il-foqra u għall-ħajja sempliċi u umli li għex …

Kompli …

SAN ĠWANN STONE

San Ġwann Stone kien reliġjuż Agostinjan Ingliż li għex fi żmien ir-Re Enriku VIII u t-twaqqif tal-Knisja Anglikana. Miet martri għax baqa’ fidil fir-rabta tiegħu mal-Papa …

Kompli …


Aktar dwar Santu Wistin