Lejn soċjetà aktar ġusta: It-Tagħlim Soċjali Kattoliku

PARTI I — Il-Pedamenti tat-Tagħlim Soċjali Kattoliku

1. X’inhuwa t-Tagħlim Soċjali Kattoliku?

Il-Knisja Kattolika mhijiex interessata biss mill-ħajja spiritwali tal-bniedem, iżda wkoll mill-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi li fihom jgħix. It-Tagħlim Sojali Kattoliku huwa ġabra ta’ prinċipji u valuri li jiggwidaw lill-bniedem sabiex tinbena soċjetà aktar ġusta, umana u solidali.

Kompli …


2. L-Iżvilupp storiku tat-Tagħlim Soċjali Kattoliku

It-Tagħlim Soċjali Kattoliku ma żviluppax f’daqqa għaliex huwa frott ta’ proċess storiku twil li fih il-Knisja wieġbet għall-isfidi soċjali, ekonomiċi u politiċi ta’ kull żmien. Għalkemm il-prinċipji tiegħu jinsabu fil-Bibbja u fit-tagħlim ta’ Ġesù Kristu, il-forma moderna tiegħu żviluppat b’mod speċjali mis-seklu dsatax ’il quddiem.

Kompli …


3. Id-Dinjità tal-Persuna Umana

Wieħed mill-aktar prinċipji importanti fit-Tagħlim Soċjali Kattoliku huwa d-dinjità tal-persuna umana. Il-Knisja temmen li kull bniedem għandu valur uniku u sagru, għaliex huwa maħluq minn Alla u fuq ix-xbieha ta’ Alla. Dan il-prinċipju jinsab fiċ-ċentru tat-Tagħlim Soċjali kollu tal-Knisja. Fil-fatt, il-prinċipji l-oħra kollha bħall-ġustizzja soċjali, il-ġid komuni u s-solidarjetà, jibdew mir-rispett lejn il-persuna umana. 

Kompli …


4. Il-Ġid Komuni

Il-Knisja tgħallem li s-soċjetà għandha tkun organizzata b’tali mod li kull persuna tkun tista’ tgħix b’dinjità u tiżviluppa b’mod sħiħ. F’dinja fejn ħafna drabi l-individwaliżmu, il-profitt u l-interessi personali jiġu qabel il-bżonnijiet tal-oħrajn, il-prinċipju tal-ġid komuni jfakkarna li l-bniedem ma jgħixx waħdu u lanqas ma jgħix għalih innifsu.

Kompli …