Santu Wistin (354–430 W.K.) kien isqof u teologu kbir tal-Knisja tal-ewwel sekli. Fost ħwejjeġ oħra, huwa kiteb regola ta’ ħajja komunitarja għall-komunitajiet reliġjużi, magħrufa bħala r-Regola ta’ Santu Wistin. Din ir-regola tispjega kif membri ta’ komunità reliġjuża għandhom jgħixu flimkien: f’għaqda u fraternità, fil-faqar u s-sempliċità, u f’ħajja ta’ talb u qagħdi. Madankollu hu ma waqqafx ordni reliġjuż globali bħalma nafuh illum.
Santu Wistin kien ddikjarat qaddis b’akklamazzjoni popolari, u wara ġie rikonoxxut bħala Duttur tal-Knisja fl-1298 mill-Papa Bonifaċju VIII.

Talba ta’ Santu Wistin
It-talba magħrufa bil-kliem “Lilek biss inħobb, Mulej” hija ġeneralment attribwita lil Santu Wistin ta’ Ippona
Din il-frażi tifforma parti minn talba itwal li fiha l-qaddis jesprimi x-xewqa tiegħu li jfittex u jservi lil Alla biss: “Lilek Biss inħobb, Mulej, warajk biss irrid nimxi. Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi.”
It-talba insibuha fis-Soliloquia, 1:1, li Wistin kiteb fil-bidu tal-ħajja Nisranija tiegħu madwar l-386. F’din il-kitba spiritwali u filosofika, huwa jitkellem miegħu nnifsu quddiem Alla, u jesprimi t-tfittxija tiegħu għall-verità u għall-imħabba ta’ Alla biss bħala l-ogħla ġid tal-bniedem.
Il-Papa Franġisku dwar Santu Wistin
Omelija fil-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin. 28/08/2013
“Inti għamiltna għalik u qalbna ma ssibx kwiet qabel ma tistrieħ fik” (Stqarrijiet, I, 1,1). B’dawn il-kelmiet li saru magħrufa ħafna, Santu Wistin idur lejn Alla fl-Istqarrijiet, u f’dawn il-kelmiet hemm fil-qosor ħajtu kollha.
Santu Wistin fit-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI

Ħames Katekeżijiet waqt Udjenzi Ġenerali matul is-Sena 2008
1. Ħajtu.
2. L-aħħar snin u t-tagħlim.
3. Fidi u raġuni.
4. Il-kitbiet tiegħu.
5. Il-konverżjoni tripla.
Fil-25 ta’ Awwissu 2010, il-Papa Benedittu XVI kien tkellem mill-ġdid dwar ir-rabta tiegħu ma’ Santu Wistin.
L-Isqfijiet Maltin dwar Santu Wistin
Mill-Kitbiet ta’ Santu Wistin
Aktar dwar Santu Wistin
Dnub: Santu Wistin sejjaħlu, “Ħtija ta’ ferħ”. Sensiela ta’ programmi awdjo minn Mons. Anton Gouder.
Santu Wistin u l-Esperjenza tal-Ħniena Divina. Minn Fr Peter Paul Cachia osa
Santu Wistin għadu attwali. Minn Fr Mario Attard ofm cap
Santu Wistin. Bniedem bhali u bhalek. Minn P. Salvinu Caruana.
Restless Heart. Movie series about St Augustine.
A Beginner’s Guide to St. Augustine’s Masterpiece: The City of God. video
Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II f’Kungress dwar Santu Wistin. 17/09/1986.

Email: … tsrp@agostinjani.org









