It-truf kollha tal-art jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.

Kelma tal-Ħajja għal Diċembru 2025. Mill-Moviment tal-Fokolarini

Meta l-poplu ta’ Iżrael kellu jitlaq eżiljat lejn il-Babilonja, tilef kollox: l-art, is-sultan u anki t-tempju fejn kien imur iqim lil dak Alla li kien ħarġu mill-art tal-Eġittu. Iżda l-leħen ta’ profeta wassallu aħbar tal-għaġeb: kien wasal iż-żmien li jerġa’ lura lejn daru. Għal darb’oħra, Alla kien ser jidħol bil-qawwa tiegħu biex imexxi lill-Iżraeliti fid-deżert u jwassalhom Ġerusalemm, u l-ġnus kollha tal-art kellhom ikunu xhieda ta’ din il-ġrajja. 

Aktar