Knisja li tirrelata mar-realtà tad-dinja moderna

Mill-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku, Desiderio desideravi …

Il-Knisja, magħquda fil-Konċilju, riedet tirrelata mar-realtà tad-dinja moderna filwaqt li terġa’ tafferma l-għarfien tagħha li hi s-sagrament ta’ Kristu, id-dawl tal-ġnus (Lumen Gentium) u tisma’ bil-qalb il-kelma ta’ Alla (Dei verbum) u tagħraf bħala tagħha l-ferħ u t-tamiet tal-bnedmin ta’ żmienna (Gaudium et spes): il-kostituzzjonijiet il-kbar tal-Konċilju ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, u mhux b’kumbinazzjoni li din ir-riflessjoni tal-Konċilju Ekumeniku, li hija l-aqwa espressjoni tas-sinodalità tal-Knisja, li jiena ġejt imsejjaħ biex, flimkien magħkom, inħares l-għana tagħha, bdiet it-triq tagħha mil-Liturġija (Sacrosanctum Concilium).

aktar