Ikla ta’ ferħ mhux piż li ġġorr. Niċċelebraw l-Evanġelju tat-28 Ħadd tas-Sena A.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj!

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla    

F’dak iż-żmien, lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.

ARA AKTAR