Santa Tereża ta’ Ġesù

Magħrufa wkoll bħala, Santa Tereża ta’ Avila

Santa Tereża ta’ Avila, li nafuha wkoll bħala Santa Tereża ta’ Ġesù, hija qaddisa Spanjola u waħda mill-aktar figuri importanti tal-Knisja Kattolika tas-seklu sittax. Twieldet fl-1515 f’Avila, fi Spanja, u sa minn età żgħira kellha xewqa qawwija għall-ħajja spiritwali.

Patri Juan De Bono ocd dwar Santa Tereża ta’ Ġesù (laikos. 2021)

Tereża daħlet fl-Ordni Karmelitan, iżda aktar tard ħasset il-bżonn ta’ riforma fl-Ordni li ħaddnet. Xtaqet li dan jerġa’ jikseb lura ħajja aktar sempliċi u ddedikata għat-talb. Hija waqqfet diversi kunventi u ħadmet bla heda biex tippromwovi ħajja ta’ meditazzjoni profonda u relazzjoni personali ma’ Alla.

Barra minn hekk, Tereża kienet kittieba kbira tal-ispiritwalità. Ix-xogħlijiet tagħha, bħal ma huwa l-Kastell Interjuri, jispjegaw il-mixja tar-ruħ lejn l-għaqda ma’ Alla permezz tat-talb u tal-kontemplazzjoni.

Santa Tereża ta’ Avila mietet fl-1582 u kienet ikkanonizzata fit-12 ta’ Marzu 1582 mill-Papa Girgor XV. Imbagħad, fis-27 ta’ Settembru 1970, il-Papa Pawlu VI, iddikjarha Duttur tal-Knisja, titlu mogħti lil dawk li matul ħajjithom taw kontribut importanti fit-tagħlim Nisrani. Sal-lum, hija tibqa’ mudell ta’ fidi, kuraġġ u dedikazzjoni lejn Alla.


Feature dwar Santa Tereza ta’ Avila

Minn Theresa Formosa (2012)


Aktar dwar l-Ordni Tereżjan u l-Qaddisin tiegħu …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading