Hemm bżonn naħdmu flimkien biex fuq is-social media nuru iżjed rispett lil xulxin – L-Arċisqof lill-Prim Ministru


L-Erbgħa, 27 ta’ Diċembru 2017: Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prim Ministru u l-Kabinett fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

358852-740xNonemmm

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – Fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

Onor. Prim Ministru, insellem lilek kif ukoll lill-membri kollha tal-Kabinett tiegħek, tal-Gvern Malti. Jien nixtieq nirringrazzjak tal-kliem tiegħek u fl-istess ħin nieħu l-opportunità, kif għedt ukoll lill-President tar-Repubblika, li ntenni l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu għall-ġid tal-membri kollha tas-soċjetà, b’mod speċjali kull fejn hemm bżonn. Aħna qegħdin preżenti permezz tal-parroċċi tagħna, tal-Ordnijiet Reliġjuzi, b’mod kapitali fil-pajjiż. Napprezzaw ħafna s-sapport li jkollna mill-Istat.

Jiena nixtieq nikkonferma dak li qed tgħid Onor. Prim Ministru, meta għedt li hemm working relationship, operat ta’ koperazzjoni kontinwa bejn il-Gvern u l-Istat, xi ħaġa li hemm bżonn verament napprezzawha u li din il-ħaġa tkun pubblika. Anke għaliex aħna nifhmu li l-Gvern qed jippromwovi mhux biss il-ġid ekonomiku tal-pajjiż, u nirringrazzjaw lil Alla li għaddejjin minn staġun ta’ progress ekonomiku li ovvjament iġib ukoll responsabbiltajiet kbar biex kif tħobb tgħid inti Onor. Prim Ministru, ma nħallu lil ħadd lura. U din hija xi ħaġa li aħna wkoll impenjati li fis-soċjetà b’mod kapillari nindikaw il-bżonnijiet individwali u fl-istess ħin napprezzaw ukoll l-għajnuna li nirċievu, anke bir-riżorsi tagħna imma fl-istess ħin bir-riżorsi tal-Istat biex aħna nkunu nistgħu nkunu preżenza li tapprezza l-ġid komuni.

Aħna wkoll nifhmu li parti mill-ġid komuni hija l-libertà reliġjuża li aħna ngawdu u nixtiequ nirringrazzjaw lill-Istat, lill-Gvern li inti tmexxi, għażiż Prim Ministru, għaliex aħna nħossuna liberi nagħmlu l-missjoni tagħna. Inti għedt li kultant ma nistgħux naqblu f’kollox; aħna konxji wkoll mill-aġenda li għandu l-Gvern imma nifhmu wkoll li għandna l-libertà u għandna verament il-libertà nħaddmu l-ethos tagħna u mmexxuh. U din hija xi ħaġa li napprezzaw, mhux biss il-Kostituzzjoni fuq il-karta imma attivament aħna nħossuna liberi nagħmlu l-missjoni tagħna.

Onor. Prim Ministru, xi ħaġa li hemm bżonn bħala pajjiż, xi ħaġa li semmejt ukoll lill-E.T. l-President ta’ Malta, hija li naħdmu flimkien biex fuq is-social media nuru iżjed rispett lil xulxin: ibda anke mill-medja li għaliha responsabbli l-Knisja. Jiġifieri aħna impenjati biex l-ewwel nett noħolqu best practise ta’ media li allura tagħti lok lil kulħadd jesprimi ruħu, imma jrid ikun hemm ukoll il-limiti tad-diċenza meta nikkumentaw fuq xulxin, b’mod speċjali fuq il-persuna. Hi xi ħaġa li rridu naħdmu fuqha u nħoss li hija urġenti għaliex inkella se noħolqu tensjoni soċjali li m’għandniex bżonnha. U għalkemm ħafna drabi tkun artifiċjali, toħloq tensjoni inutli anke f’min għandu biżżejjed il-piż tar-responsabbiltà u m’għandux bżonn jiġi rredikolat jew inkella ikkalunjat. Jiena nħoss li aħna, li aħna fl-awtorità, irridu nkunu suġġetti għall-iskrutinju tal-poplu għax aħna rridu naqdu lill-poplu imma m’hemmx għalfejn li waqt li tkun skrutinat trid tkun rredikolat.

Ilbieraħ (waqt l-istrina) jien apprezzajt ħafna per eżempju, nisma’ lil dak iż-żgħażugħ, Katriel, li lkoll apprezzajna l-maturità tiegħu. Għamiltlu l-Griżma u għedtlu, “Jiena għamiltek il-Griżma u inti rċevejt id-don tal-Ispirtu s-Santu, imma nirringrazzjak talli f’dik l-intervista tajt xhieda sabiħa ta’ maturità kbira”. Kemm nixtieq li aħna l-kbar ikollna din il-maturità ta’ dawn iż-żgħażagħ tagħna li għaddejjin minn tbatija kbira imma xorta għandhom outlook, perspettiva.

Ippermettili Prim Ministru, bħala rigal mhux biss ta’ rieda tajba, imma anke ta’ apprezzament, nippreżentalek din l-istatwa li hija replika tal-monument ta’ Kristu Re li għalaq 100 sena, replika tal-artist Malti Chris Ebejer, u nixtieq nippreżentahulek anke bħala tifkira ta’ dan iċ-ċentinarju u anke bħala sinjal ta’ gratitudni. Grazzi.

✠ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.