Talb u Adorazzjoni b’riflessjonijiet tal-Qaddej t’Alla Dun Mikiel Attard


Dun-Mikiel-AttardNhar il-Ħamis 27 ta’ Ġunju, fis-7.30pm, ser issir laqgħa ta’ talb u Adorazzjoni fil-Bażilika ta’ Marija Bambina tax-Xagħra, b’talb u riflessjonijiet imnebbħin mill-ħajja u mill-kitbiet tas-saċerdot Għawdxi, il-Qaddej t’Alla Dun Mikiel Attard.

Tkun ħaġa sabiħa ħafna li bħala membri tal-Knisja f’Għawdex, mhux biss nattendu għal dan il-mument, imma li nkomplu niskopru l-ġmiel tat-tagħlim ta’ Dun Mikiel u li nkunu devoti tiegħu.