Adorazzjoni tat–2 Ħadd tal-Għid. Sena A

Nadurak, o Ġesù, moħbi fis-Sagrament Imqaddes. Nadurak għall-opri kollha ta’ jdejk, li juru tant għerf, tjubija u ħniena. Mulej, Int, ma tieqaf qatt ixxerred kotra ta’ ħniena fuq dawk li jersqu lejk.                  (5 sek pawsa)

Mulej u Ħallieq tiegħi, t-tjubija Tiegħek tħeġġiġni biex niġi hawn u noqgħod miegħek. Li nitkellem miegħek, Mulej, huwa l-gost ta’ qalbi. Fik, insib dak kollu li qalbi tixtieq. Hawnhekk, Int id-dawl li jdawwal lil moħħi, biex tagħrfek aktar u aktar fil-fond.

O Sinjur, Int, ma tieqaf qatt tixħet fuq kull wieħed u kull waħda minna, nixxigħat ta’ grazzji li jinżlu u jimlew il-qlubna.      

Silenzju biss                    1 min

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu Fik u nafdaw Fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja li nwassluk lill-bnedmin kollha biex jagħrfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen li hemm fina u fid-dinja kollha, għall-Glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.                                                                                                               (10 sek pawsa)

O Salvatur, ħallina ħa nigglorifikaw t-tjubija u l-ħniena tiegħek sal-aħħar nifs ta’ ħajjitna, b’kull qatra ta’ demmna u b’kull taħbita ta’ qalbna. Kemm nixtiequ, li ninbidlu f’innu ta’ adorazzjoni tiegħek. U meta nsibu rwieħna fuq is-sodda tal-mewt, jalla l-aħħar taħbita ta’ qalbna tkun innu ta’ mħabba li jigglorifika l-ħniena infinità tiegħek.   

Silenzju       3min

Innu: ____________

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann                              Ġw 20:19-31

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma”.

Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna lill-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx”. Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”.

Imbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen”. Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”. Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu”. Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li mhumiex imniżżla f’dan il-ktieb. Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta’ Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu.

Il-Kelma tal-Mulej    

Tifħir lilek Kristu

Silenzju       1min

Faċli fil-ħajja nidħlu fi kriżi, b’mod speċjali meta ngħaddu minn esperjenza diffiċli ta’ mard, ta’ mewt ta’ xi ħadd għażiż għalina; meta ngħaddu minn mumenti ta’ falliment fil-ħajja tagħna. Faċli ma narawx soluzzjoni, faċli ma narax d-dawl, faċli nitħawwdu.

Hekk ġralhom l-appostli wara l-mewt ta’ Ġesù, issakkru fil-kamra ta’ fuq, imbeżża’, mħawwda, u inċerti. (5 sek pawsa)

Imma Int, o Kristu Irxoxt, għaddejt mill-bibien magħluqa, mhux biss materjali, imma wkoll mill-bibien magħluqa tal-kriżi tal-ħajja, u qagħad f’nofshom, u mlejt bil-ferħ il-qalb tad-dixxipli, u kissirt ix-xkiel tqil tal-biża’ u tal-għeluq tagħhom.

Mulej, kif kont f’nofshom, urejt lil sħabek, idejk u ġenbek, is-sinjali eterni tal-passjoni tiegħek. Anzi, s-sinjali eterni tal-imħabba tiegħek għall-umanità kollha. Dawn il-pjagi tiegħek, o Sinjur, huma sinjali eterni tal-Ħniena infinità u Divina tiegħek lejna l-bnedmin.  

(10 sek pawsa)

Int infaħt fuq l-appostli, l-qawwa tremenda tal-Ispirtu s-Santu; imlejthom bil-ferħ, bil-qawwa, bil-kuraġġ, bl-għerf u bl-imħabba, li jaf jagħti l-Ispirtu s-Santu, l-ewwel u l-aqwa don, li tajtna Int, o Kristu Rxoxt. Inti mlejthom bl-Ispirtu tiegħek, biex huma wkoll, mhux biss ixandru l-Evanġelju tal-Ħniena tiegħek, imma f’ismek ikollhom is-setgħa tal-maħfra tad-dnubiet. Is-setgħa li jferrgħu l-Ħniena infinità tiegħek fil-qlub tal-bnedmin.

Mulej, illum, Inti għadek xerred fuqna l-Ispirtu Qaddis tiegħek, biex aħna wkoll inwasslu l-Ħniena u l-maħfra tiegħek. Imma jien, appostlu tal-ħniena ta’ Alla, jew appostlu tal-ġlied u l-mibegħda?   

Silenzju                 2 min

F’din is-silta, niltaqgħu ma’ dixxiplu fi kriżi ta’ fidi. Jidħak bi sħabu li qed jhewdnu, li raw lill-Imgħallem Ġesù, u li ġie f’nofshom. Tumas kien l-iktar appostlu intelliġenti u l-loġiku. Kien bniedem li jirraġuna ħafna, allura ma seta qatt jemmen dak li m’hemmx spjegazzjoni tiegħu. Biex jemmen, huwa ried imiss b’idejh, u jdaħħal il-marki fil-pjagi tiegħu.  (5 sek pawsa)

Mulej, Int rajt il-kriżi li kien fiha Tumas, forsi tbissimt ukoll. Kont drajtu, li hu bniedem li jibbaża ħafna fuq ir-raġuni; u tmint ijiem wara erġajt dehert lil appostli, u f’nofshom kien hemm Tumas ukoll. Int sejjaħtlu b’ismu, u tlabtu jġib idu u jmiss il-pjagi friski, mhux imfejqa. Dawk il-pjagi friski li jġorru d-dnubiet tad-dinja: tiegħi u tiegħek. (5 sek pawsa)

Kemm hi sabiħa l-għajta ta’ fidi ta’ dan l-appostlu; li għandna nagħmluha tagħna llum: “Mulej tiegħi, u Alla tiegħi”.

L-Irxoxt, jimliena kuljum, bl-Ispirtu Qaddis tiegħu. Ifawwar f’qalbna l-Ħniena Divina tiegħu, permezz tal-ministeru tal-maħfra tal-Knisja. Ejjew nilqgħu dan il-ferħ tal-Għid: il-ferħ veru li jkisser il-biża’, l-inċertezza, u kull xkiel tagħna.   

Silenzju                 3 min

Innu: ____________

Talbiet tal-Komunitá

Aħna u nagħmlu t-tifħir lil Kristu Rebbieħ fuq il-mewt, u li jrid jagħtina sehem mir-rebħa tiegħu, ejjew inressqulu x-xewqat u t-talb tagħna.

Ejjew nitolbu llum, il-grazzja u l-umiltà, li nħallu lill-Mulej jidħol fl-istorja ta’ ħajjitna, u jżurna bil-ħniena tiegħu. Nitolbu.

Nitolbuk għall-mexxejja tal-ġnus, ħa jaħdmu bis-serjetà għall-paċi fid-dinja, mhux paċi tal-forza, imma paċi tad-djalogu. Nitolbu.

Nitolbu għas-saċerdoti tiegħek, Mulej, biex bil-mogħdrija, bil-kompassjoni, u bl-eżempju, jkunu appostli tal-ħniena tiegħek. Nitolbu.

Nitolbu għalina lkoll, biex qatt ma naqtgħu qalbna mill-ħniena ta’ Alla, u qatt ma nitbegħdu mis-Sagrament Imqaddes u għażiż tal-Qrar. Nitolbu.  

Nitolbu għar-Reliġjużi kollha, u għall-vokazzjonijiet għall-Ħajja Reliġjuża, u dik saċerdotali. Nitolbu.

Nitolbu għal dawk li jinsabu mħabbtin u imtaqqlin mill-mard u l-problemi tal-ħajja, biex il-ħniena tiegħek tkun għalihom ta’ konfort u tama f’dak kollu li għaddejjin minnhu. Nitolbu.

Nitolbu għal ħutna mejtin kollha, biex Int Mulej, tagħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem. Nitolbu.

Ejjew fis-skiet ta’ qalbna nagħmlu t-talba personali tagħna.

(Jekk din l-addorazzjoni se ssir il-Ħadd, f’dan il-ħin, għandha tingħat il-Kurunella tal-Ħniena Divina.)

Tingħata l-Barka Sagramentali:

Adorazzjoni – 2 Ħadd tal-Għid (Sena A)

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading