Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd
L-EWWEL U L-AĦĦAR kelma ta’ Ġesu’ bħala bniedem kienu MAAAAAAAAAAAAA’ u ‘MARA HAWN HU IBNEK’.
Bħal kull wieħed minna mwielda fuq din l-art, l-ewwel kelma ta’ Ġesu’ kienet ‘Ma’’.
Imbagħad Ġesu’ baqa’ mdendel ma djul ommu kull minuta tal-eżistenza tiegħu bħala bniedem, anki jekk għal tliet snin kien okkupat bil-ministeru li għalih kien bgħatu l-Missier.

Waqt il-passjoni tiegħU, il-Madonna kienet ta’ support għal binha (bħalma kull omm tkun qrib uliedha fil-mument tad-dulur) u ma telqitux sekonda, kif juri tant tajjeb il-film The Passion of the Christ.
X’differenza mil-bniedem li malli b’xi mod imqar tgħid kelma li jifhimha ħażin, arah jiftaħ l-arsenal nuklejari tiegħu u jġibek qisek Nagasaki u Hiroshima.
L-aħħar kelma ta’ Ġesu’ wkoll kienet indirizzata lejn ommu Marija u dak il-mument Ġesu’, issa li ftit sekondi wara kien se jmut, ħallielna lil ommu biex tieħu ħsiebna f’MISSJONI SPEĊJALI, dik li tindukrana bħala wliedha.
Ma setax Ġesu’ jafdana f’idejn oħra aħjar minn dawk tal-Madonna!!!!!
U għalhekk ISSA NKOMPLU NDURU LEJN DIN L-OMM TAGĦNA u nitolbuha tassistina fil-ħajja tagħna.