Assistent ta’ Inteliġenza Artifiċjali għall-Għalliema Kattoliċi

Fost l-avviżi tad-Didàskalos għal Marzu – April 2026

Fil-website sds.mt, kien introdott AI Assistant: https://sds.mt/assistant/

Din l-għodda tal-Inteliġenza Artifiċjali hija mfassla biex tgħin lill-edukaturi, lill-kappillani, u lill-konsulenti reliġjużi, u titmexxa fuq il-linji ta’ ħaddiema pastorali Kattoliċi. Hija toffri suġġerimenti għat-tiftix tar-riżorsi, inklużi spazji tat-talb, gwidi tal-meditazzjoni u ideat għal laqgħat kreattivi.

Filwaqt li dan l-Assistent tal-IA tal-SDS qiegħed biex iqanqal l-innovazzjoni u jissimplifika t-tfittxija, madankollu l-għan tiegħu huwa biex jikkumplimenta, mhux jissostitwixxi, l-għerf u d-dixxerniment tal-bniedem. Għahekk irid ikun użat b’attenzjeni, filwaqt li jitmexxa fuq il-valuri u l-bżonnijiet ta’ dawk li jużawh.

Fost il-prompts li ntużaw dan l-aħħar minn dawk li għamlu użu minnu :

  • Create a notice board in preparation for Lent.
  • what kind of programmes exist for schools in Malta?
  • I need prayer spaces for lent
  • Create a lesson plan including pictures for children aged 6 to 12 about saints that could be related to Lent
  • What are the 9 steps to make a good prayer space?
  • Give me prayer spaces related to forgiveness for youth
  • Suggest an activity which i can do with students in Years 4-6 related to holy week

Kompli skopri x’hemm aktar f’din il-ħarġa tad-Didàskalos minn din il-link … https://cre.church.mt/mt/didaskalos-2-26/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading