Adorazzjoni – 3 Ħadd tar-Randan. Sena Ċ

Adorazzjoni – 3 Ħadd tar-Randan (Sena Ċ)

“Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu”. (Salm 95:6-7)        

Iva, Mulej, aħna l-poplu tal-mergħa tiegħek, ġejna hawn fil-preżenza ħajja tiegħek, Int li inti r-Ragħaj it-Tajjeb. Aħna nafu, o Ġesù li Int imxennaq, biex tikkunslana u biex tagħtina s-saħħa; biex terfagħna u torbot il-ġrieħi kollha tagħna.        (3 sek pawsa)

Int, o Sinjur, ma tieqaf qatt tagħtina d-dawl tiegħek, biex tkeċċi d-dlamijiet u d-dubji kollha tagħna. Inti trid iġġorna u terfa’ t-toqol kollu tagħna.            (3 sek pawsa)

Ejja, nitolbuk o Sid tal-ħajja, ejja bil-grazzji tiegħek, sabiex tmiss lil qlubna, u tittrasformalna ħajjitna, ħalli nkunu kollha kemm aħna tiegħek.

Int biss, o Sinjur, tista’ tagħtina l-vera paċi u s-serħan f’ruħna.   

Silenzju/ soft background music      3 min

Innu: ____________

Qari mill-Evanġelju skond San Luqa                                                 Lq 9:28b-36

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda”.

U qalilhom din il-parabbola: “Wieħed kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha, u ma sabx. Għalhekk qal lil dak li kien jaħdimlu l-għalqa: ‘Ara, ili tliet snin niġi nfittex il-frott f’din is-siġra tat-tin, u qatt ma sibtilha. Mela aqlagħha! Għax għalfejn se tibqa’ tkidd l-art?’. Iżda dak wieġbu: ‘Inti ħalliha, sinjur, għal din is-sena, sa ma nagħżqilha madwarha u nagħtiha d-demel. Id-dieħla għandha mnejn tagħmel il-frott; jekk le, aqlagħha’”.

Il-Kelma tal-Mulej    

Tifħir lilek Kristu

Silenzju    1min

F’din is-silta li smajna, Ġesù jikkumenta fuq żewġ ġrajjiet storiċi li seħħew fi żmienu: wieħed kien att vjolenti ħafna, traġiku, abbuż kbir ta’ poter: il-qatla tar-ribelli mill-Galilija minn Pilatu; u l-ieħor, inċident ikraħ fuq il-post tax-xogħol. Dak iż-żmien kienu jirraġunaw li dawn seħħew, għax kienu midinbin.

Aħna wkoll, għadna bl-istess mentalità bħan-nies ta’ żmien Ġesù. Meta jiġi fuqna xi għawġ, ħafna drabi ngergru mal-Mulej, sakemm ma neħduhiex miegħu ukoll, u ngħidulu: imma lili Sinjur! nagħmel daqshekk karità, nħenn, u ngħin. Qisna nħossu li Alla qed jikkastigana ta’ xi għemil ħażin tagħna. U mhux l-ewwel darba meta tiġri xi diżgrazzja, jew terremot, nisimgħu min jgħid: Alla qed ibeżbiżilna.      

Ġesù jgħid ċar u tond, li meta jiġi xi għawġ, jew isseħħ traġedja, jew diżastru naturali, dan mhux kastig ta’ Alla, u lanqas tbeżbiża minn naħa tiegħu. Għax Alla tagħna u Alla mħabba, mhux se jibgħatilna kastigi.  (3 sek pawsa)

Imma Ġesù, jinqeda b’dawn iż-żewġ traġedji, biex ifakkarna fl-importanza, u anke fl-urġenza tal-konverżjoni, tal-indiema. Ġesù qed jagħmlilna sejħa mportanti, biex inbidlu ħajjitna, biex intejbu l-mixja tagħna flimkien miegħu f’din id-dinja.   (2 sek pawsa)

Se nilqa’ s-sejħa li l-Mulej qed jagħmilli llum? Dik li nibdel u ntejjeb il-ħajja tiegħi?

Silenzju            3 min

Ġesù jitkellem fuq parabbola ta’ siġra tat-tin li ma tagħtix frott. Meta Sid ried jaqlagħha, l-bidwa qallu biex jagħtiha ċans ftit żmien ieħor, forsi tagħmel il-frott. Jekk ma tagħmilx, u din hija deċiżjoni radikali u kategorika tas-Sid, aqlagħha!

Qegħdin fiż-żmien ir-Randan, żmien li jfakkarna li aħna msejħin għall-konverżjoni. Żmien li aħna msejħin biex nagħmlu eżami tal-kuxjenza. Ejjew insaqsu lilna nfusna: x’hemm bżonn inqaċċat minn ħajti? (3 sek pawsa)

Il-Kelma qawwija ta’ Ġesù, f’dan iż-żmien tar-Randan, hija alarm; tixprunana biex nieħdu deċiżjonijiet serji. Biex bl-għajnuna tiegħu naħdmu fuq dawk l-affarijiet, jew forsi aħjar nibdew naħdmu fuq dik il-ħaġa, dak id-dnub, dak il-vizzju, li forsi qiegħed iżżommna l-bogħod mill-Mulej, jew li qegħdha żżommna l-bogħod milli nuru l-fidi tagħna lil dawk li jgħixu magħna u madwarna.       (3 sek pawsa)

Kull ġurnata li tgħaddi hija bonus, Alla qed jagħtini ċans ieħor. X’se nagħmel?                                                                                                                   (5 sek pawsa)

Mulej, fakkarni li għada jista’ jkun tard wisq għalija.

Silenzju/ soft background music                 3 min    

Kant: ________________

Talbiet tal-Komunitá

Ejjew nagħtu glorja lil Alla, li bit-tjieba tiegħu hi bla qies, u magħqudin ma’ Ġesù, dejjem ħaj biex jidħol għalina, nresqulu dawn it-talbiet tagħna.

Ieqaf Mulej mal-Papa Franġisku, f’dan iż-żmien diffiċli u agħtih is-saħħa li tant għandu bżonn. Nitolbu.

Nitolbuk għall-Isqfijiet, u s-saċerdoti tagħna, biex permezz tiegħek iwasslu lil kulħadd għand il-Missier. Nitolbu.

Ibgħat Mulej il-paċi tiegħek lin-nazzjonijiet kollha, speċjalment fejn hemm il-ġlied u l-gwerra. Nitolbu.

Qanqalna Mulej biex b’qalb ġeneruża ngħinu lil morda kollha bl-imħabba ta’ aħwa, u wriena lil Ibnek fil-morda li ngħinu. Nitolbu.

Nitolbuk Mulej għalina lkoll, biex nersqu lejn is-Sagrament tal-maħfra, bil-fidi u bl-indiema sinċiera, u mhux biss bid-drawwa. Nitolbu.

Nitolbuk Mulej, għal dawk li jġarrbu n-niket ta’ xi telfa, biex jagħrfu jitqawwew bil-fidi, ħalli jaraw lilek tiħdol fl-istorja ta’ ħajjithom.

Ejjew issa nagħmlu t-talba personali tagħna.

Tingħata l-Barka Sagramentali:

Dal Misteru

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading