Il-Ħaruf temagħna laħmu,
tana l-ilbies tas-salvazzjoni,
qsamna sħaħ il-Baħar l-Aħmar:
ngħannu ‘l Kristu l-prinċep tagħna. Missierna, Sliema, Glorja
Fuq l-altar ta’ salib aħrax
offra għalina ġismu mqaddes;
sqiena demmu, li hu xerrdu
ħalli nistgħu ngħixu b’Alla. Missierna, Sliema, Glorja
F’dik il-lejla li l-Qerriedi
għadda joqtol, konna mħarsa;
ħlisna lkoll minn taħt il-qilla
tal-Fargħun u l-jasar tiegħu. Missierna, Sliema, Glorja
F’dan il-Għid, il-Ħaruf tagħna
li hu Kristu, miet bla ħtija;
Ħobż tassew bla ħmira w safi,
li kien mogħti b’sagrifiċċju. Missierna, Sliema, Glorja
Tassew vittma safja w xierqa:
biha d-dell u d-dlam ingħelbu,
biha l-poplu lsir infeda,
biha ngħata ħlas il-ħajja! Missierna, Sliema, Glorja
Kristu qam rebbieħ mill-qabar,
minn qiegħ l-art ħareġ imsebbaħ;
jassar l-għadu darba għal dejjem,
u fetħilna bwieb il-ġenna. Missierna, Sliema, Glorja
Ibqa’ ħares dejjem fina
ferħ il-Għid, Ġesù Messija;
kif għall-grazzja rġajt wellidtna,
fil-qawmien seħibna miegħek. Missierna, Sliema, Glorja
Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek
fuq il-mewt, Ġesù setgħani;
mal-Missier u mal-Ispirtu,
ġieħ jintraddlek, issa w dejjem. Missierna, Sliema, Glorja
Silenzju/background music 3 min
Innu: ____________
Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann Ġw 13:31-35
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.
Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom. Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: ‘Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom’. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu”.
Il-Kelma tal-Mulej
It-tifħir lilek Kristu
Silenzju 1min
“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti”. (3 sek pawsa)
Kull meta aħna nippruvaw ngħixu l-Kelma ta’ Ġesù fil-ħajja tagħna, insiru tabernaklu tat-Trinità Qaddisa: tal-Missier, tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu, li Ġesù wegħdna li jgħammru fina. (3 sek pawsa)
O Ġesù, aħna dgħajfin… u nafu l-limiti tagħna, u li mhux dejjem se nifhmu l-Kelma tiegħek; mhux dejjem se nisimgħu u ngħixu l-Kelma li tajtna Int. Anzi, xi kultant naħsbu li bħal donnu ħallejtna weħidna. (3 sek pawsa) Imma weħidna m’aħna qatt. Għaliex Inti wegħdtna li tagħtina l-Ispirtu s-Santu, biex iħeġġilna qalbna, biex jiftħilna widnejna ħa nisimgħu l-Kelma; u jfehmna xi trid tgħidilna bil-Kelma tiegħek.
Silenzju biss 3 min
Huwa l-Ispirtu s-Santu li lilna jgħinna ngħixu l-Kelma ta’ Ġesù. U l-frott tal-għajxien tal-Kelma, ġej mill-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, li jġib fina d-don tal-paċi.
Int stess o Ġesù wegħdtna s-sliem tiegħek, il-paċi tiegħek. Dan is-sliem li tagħtina Int, huwa totalment differenti minn dak li tippreżentalna d-dinja. (5 sek pawsa)
Għalhekk, nitolbuk o Sinjur, biex tagħtina s-sliem tiegħek, biex la nibżgħu u lanqas nitħawwdu fiċ-ċirkustanzi ta’ ħajjitna. Anzi, għallimna nilqgħu l-istess Kelma li tajtna Int: “Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’”
Silenzju/ soft background music 3 min
Kant: ________________
Talb tal-Komunità.
Ħuti għeżież, issa li lqajna l-Kelma ta’ Alla f’qalbna, nduru lejh bit-talb, u nitolbuh id-don tal-għaqda u l-paċi fil-Knisja tiegħu.
Nitolbu għall-insara kollha, biex bil-qawwa tal-ispirtu ifittxu t-toroq ġodda ta’ għaqda fl-istess fidi tal-Evanġelju. Nitolbu.
Nitolbu għal kull min għandu responsabbiltà, biex ma jibżax mid-djalogu li jwassal għall-ftehim. Nitolbu.
Nitolbu għal dawk li jħossuhom imwarrbin jew deskriminati, jew dawk li soffrew x’ inġustizzja. Nitolbu.
Nitolbu għal komunità parrokkjali tagħna, biex tgħix fil-għaqda ma’ Kristu, u tilqa’ d-don tal-ispirtu li ġie mogħti nhar l-Għid il-Ħamsin. Nitolbu.
Nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna, saħħaħhom fl-imħabba, u dawwalhom bl-ispirtu tiegħek, biex bil-kuraġġ kollu ikunu mezz li bih żgħażagħ oħra jsibu l-faraġ fil-Kelma u l-imħabba tiegħek. Nitolbu.
Fis-skiet nagħmlu t-talba personali tagħna.
Tingħata l-Barka Sagramentali:
Dal Misteru