Pierre Teilhard de Chardin (1881–1955) kien ġiżwita, filosfu u xjenzat Franċiż magħruf għall-ħsieb tiegħu li jgħaqqad il-kristjaneżmu mal-evoluzzjoni u x-xjenza moderna. Il-biċċa l-kbira tal-kitbiet teoloġiċi u filosofiċi tiegħu ma setgħux jiġu ppubblikati matul ħajtu minħabba ċ-ċensura mill-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika. Għalhekk, kważi l-opri ewlenin tiegħu ġew ippubblikati wara mewtu, grazzi għal ħbieb u segwaċi li ġabru u ppubblikaw il-manuskritti tiegħu.
Dawn huma fost l-aktar importanti u influwenti tiegħu …
Le Phénomène humain (1955): Il-Fenomenu tal-Bniedem
Probabbilment dan huwa l-iktar xogħol famuż tiegħu. Jippreżenta l-viżjoni evoluzzjonarja tiegħu tal-univers li qed jiżviluppa lejn dak li huwa jsejjaħlu l-Punt Omega, li fih il-kuxjenza u l-ispiritwalità jikkonverġu f’għaqda divina.

L’Avenir de l’homme (1959): Il-Futur tal-Bniedem
Ġabra ta’ esejs li jiddiskutu l-evoluzzjoni tal-kuxjenza u l-progress uman.
Le Groupe zoologique humain (1956): Il-Grupp Zooloġiku Uman
Estensjoni ta’ ħsieb xjentifiku dwar l-evoluzzjoni tal-bniedem bħala speċi soċjali u spiritwali.
La Vision du passé (1957): Il-Viżjoni tal-Passat
Jgħaqqad l-analiżi paleontoloġika tiegħu mal-fehma spiritwali ta’ żvilupp kożmiku.
Le Milieu divin (1957): L-Ambjent Divin
Xogħol spiritwali profond fejn juri kif kull attività umana tista’ ssir parti mill-għaqda ma’ Alla.
L’Apparition de l’homme (1956): Id-Dehra tal-Bniedem
Jiċċentra fuq l-oriġni u t-tifsira tal-bniedem fil-proċess evoluttiv.
Xogħlijiet ippubblikati matul ħajtu
Matul ħajtu, is-Soċjeta tal-Ġiżwiti, li kien jagħmel parti minnha ma ħallitux jippubblika l-opri tiegħu dwar il-filosofija u t-teoloġija, iżda kien jista’ jippubblika xogħlijiet li kienu purament xjentifiċi dwar il-paleontoloġija.
Eżempji ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi tiegħu matul ħajtu jinkludu:
Artikli fil-ġurnali tax-xjenza dwar fossili u l-evoluzzjoni tal-bniedem, speċjalment dwar Sinanthropus pekinensis (il-“Peking Man”).
Rapporti u memorji akkademiċi mill-missjonijiet xjentifiċi fiċ-Ċina.
Ara aktar dwar Pierre Teilhard de Chardin … https://laikosblog.org/chardin/