JANNAR
Għat-talb bil-Kelma ta’ Alla.
Nitolbu biex it-talb bil-Kelma ta’ Alla jkun ikel għal ħajjitna u
għajn ta’ tama għall-komunitajiet tagħna, u jgħinna nibnu Knisja
aktar fraterna u missjunarja.
FRAR
Għat-tfal b’mard li m’hemmx fejqan għalih.
Nitolbu għat-tfal b’mard li m’hemmx fejqan għalih u għall-familji
tagħhom biex jirċievu l-kura medika meħtieġa u s-sapport, bla
ma jitilfu l-kuraġġ u t-tama.
MARZU
Għad-diżarmament u l-paċi.
Nitolbu biex il-pajjiżi jersqu tassew lejn id-diżarmament, l-aktar
dak nukleari, u biex il-mexxejja tad-dinja jagħżlu t-triq
tad-djalogu u tad-diplomazija flok dik tal-vjolenza.
APRIL
Għas-saċerdoti fi kriżi.
Nitolbu għas-saċerdoti li għaddejjin minn żmien ta’ kriżi
fil-vokazzjoni tagħhom biex isibu l-akkumpanjament li jkollhom
bżonn u biex il-komunitajiet jifhmuhom u jitolbu għalihom.
MEJJU
Biex kulħadd ikollu x’jiekol.
Nitolbu ħalli kull persuna, mill-produtturi l-kbar sal-konsumaturi
ż-żgħar, timpenja ruħha biex ma jinħeliex ikel u li kulħadd ikollu
aċċess għal ikel bnin.
ĠUNJU
Għall-valuri tal-isport.
Nitolbu biex l-isport ikun mezz ta’ paċi u djalogu bejn il-kulturi u
n-nazzjonijiet, u jippromwovi valuri bħalma huma r-rispett,
solidarjietà u maturità personali.
LULJU
Għar-rispett tal-ħajja umana.
Nitolbu sabiex il-ħajja umana tkun rispettata u protetta fil-fażijiet
kollha tagħha, u titqies bħala rigal minn Alla.
AWWISSU
Għall-evanġelizzazzjoni fil-bliet.
Nitolbu sabiex fil-bliet il-kbar, spiss karatterizzati mill-anonimità
u s-solitudni, insibu modi ġodda ta’ kif inħabbru l-Vanġelu billi
niskopru toroq kreattivi ta’ kif tinbena komunità.
SETTEMBRU
Biex nieħdu ħsieb tal-ilma.
Nitolbu għal tqassim ġust u sostenibbli tal-ilma sabiex kulħadd
ikollu aċċess indaqs għal din ir-riżorsa vitali.
OTTUBRU
Għal ministeru tas-saħħa mentali.
Nitolbu biex jitwaqqaf il-ministeru tas-saħħa mentali kullimkien
fil-Knisja ħalli tingħeleb l-istigma u d-diskriminazzjoni ta’ persuni
b’mard mentali.
NOVEMBRU
Għall-użu xieraq tal-ġid.
Nitolbu sabiex ir-rikkezza tintuża tajjeb billi ma naqgħux
għat-tentazzjoni tal-egoiżmu, iżda nqegħduha dejjem
għas-servizz tal-ġid komuni b’solidarjetà ma’ min għandu anqas.
DIĊEMBRU
Għall-familji b’ġenitur wieħed.
Nitolbu għall-familji li qed iġarrbu n-nuqqas tal-omm jew
tal-missier, sabiex isibu fil-Knisja min jgħinhom u jimxi
magħhom, u fil-fidi wens u qawwa fiż-żmenijiet diffiċli.