Minn Joe C. Aquilina
“Qatt Mhu Tard” hu album ta’ 10 innijiet/kanzunetti li għadu kemm ħareġ fuq YOUTUBE.
Dan l-album ħareġ taħt l-iskema tal-istess isem, li fiha l-anzjani qed jiġu mistiedna jesebixxu xogħolhom anke issa tard fil-ħajja
REBBIEĦA FI KRISTU
AGĦMEL XITA
EJJA SPIRTU S-SANTU
EJJA WARA ĠESÙ
GOSPEL COUNTRY
ĦA NKANTA KANZUNETTA
IMĦAWDIN
JESUS, GOD’S GLORY AMONG US
JIENA LTQAJT MA’ ĠESU
NEMMEN
REDENTUR
X’ĦIN NILMAĦ WIEQAF
X’ĦIN NILMAĦ WIEQAF
Sostenut ukoll minn Sweet Sound Studio u l-Moviment Tpattija għad-Dagħa, Joe C. Aquilina u l-mara tiegħu Doris qed joffrulna il-frott ta’ ħajja dedikata għall-evanġeliżazzjoni. Il-messaġġ ġenerali f’dawn l-innijiet hi: Kristu hu ir-Redentur tal-bniedem li fih insibu l-ferħ tagħna. Kristu hu dak li jgħammed lil kull min jilqa’ l-offerta tiegħu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Ċertament dan għandu jkun għodda f’idejn katekisti u evanġeliżżaturi biex il-qawwa tal-KERYGMA tidħol f’qalb in-nies. “Ħa nkanta Kanzunetta’ hi għaddata ħafna għat-tfal, waqt li għal-Milied, “Agħmel Xita” tista’ ssir parti r-repertoire ta’ carols.
L-istil ta’ songs ivarja minn Walz għal Country. Importanit ukoll li hemm element ta’ lingwa Ingliża, per eżempju, “Ejja Wara Ġesu”, issa għandna wkoll verżjoni bl-Ingliż.
Imbagħad hemm sejħa għal-qawmien spiritwali f’Malta, li tibda bl-Ingliż imma mbagħad hemm infilsat verżjoni bil-Malti. Dan huwa importani minħabba l-fatt li l-Kristjaniżmu f’Malta m’għadux esklussivament realta’ Maltija, imma sar aktar mifrux.
L-aktar innu li s’issa kellu hits hi REDENTUR, li hi mibnija fuq il-famuża idea ta’ CS Lewis, li Kristu kien jew “liar, lunatic or Lord”.
Nixtiequ lil-Laikos u l-familja wiesgħa tiegħu smigħ fl-Ispirtu.