Ġwanni Pawlu II waqt Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ S. Cecilia in Trastevere

VIŻTA LILL-PARROĊĊA TA’ SANTA CECILIA IN TRASTEVERE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħamis, 22 ta’ Novembru 1984

Għal dejjem ngħarrsek miegħi, / ngħarrsek miegħi fis-sewwa u l-ħaqq / fl-imħabba u fil-ħnina!”.(Osea 2, 21).

1. B’dan il-kliem, il-profeta Osea jesprimi l-imħabba li Alla kellu lejn Iżrael, il-poplu tal-wegħda; ġustament il-liturġija tapplikah lil Santa Ċeċilja, biex tindika fil-qosor ħajjitha ta’ verġni u martri ta’ Kristu.

Jiena kuntent li nistà niċċelebra l-quddiesa mqaddsa f’din il-bażilika distinta ddedikata liċ-ċelebri martri Rumana, onorata fil-Knisja kollha, u naħtaf volontarjament l-okkażjoni li ngħaddi minn fuq l-altar tislima partikolarment ta’ mħabba lill-abitanti kollha ta’ Trastevere, dan il-post tant rinomat sa miż-żminijiet antiki, għar-romanita sinċiera tiegħu, għat-tant u prestiġġjużi tifkiriet storiċi u letterarji, u speċjalment għall-ambjenti reliġjużi u assistenzjali li jirrenduh tipiku u suġġestiv. Nixtieq ukoll nesprimi l-apprezzamrnt tiegħi għad-diversi inizjattivi ta’ talb u ta’ formazzjoni li jiżvolġu hawn.

Ninsabu f’post mimli tifkiriet qaddisin u ta’ spiritwalità qawwija. Nafu nfatti li, fuq id-dar tal-martri, sa mit-tielet seklu twaqqaf post ta’ kult, li mbagħad ġie rrestawrat mill-Papa Pasquali I fis-sens 821 biex jgħasses il-ġisem ta’ Santa Ċeċilja, li nstab fil-katakombi. Sa mill-ewwel żminijiet, għalhekk, dan it-tempju kien post ta’ adorazzjoni, ta’ talb, ta’ pellegrinaġġi. Infatti, isem il-martri Ċeċilja huwa glorjuż u meqjum sa mill-perijodu tal-persekuzzjonijiet, kien inkluż fil-Canone Ruman tal-quddiesa, u mfakkar f’bosta dokumenti u repertorji li jirrigwardaw l-istorja, l-arti, l-arkitettura, il-liturġija, il-leġġenda,  fodthom ir-rakkont poetiku u kommoventi ta’ Jacopo da Varagine fil- “Leggenda aurea”. Ċeċilja hija mela qaddisa kollha kemm hi Rumana u fl-istess ħin ukoll universali u aħna, f’dan is-seklu għoxrin, irridu nkomplu nqimuha, nitolbuha, billi nisimgħu l-messaġġ ta’ fidi u mħabba tagħha, u billi nittrażmettuha lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

2. Fiż-żminijiet turbulenti tal-persekuzzjonij Ċeċilja, ikkonsagrata totalment lil Kristu, kienet “xhud” tal-fidi, tant li kkonvertiet – kif jirrakkonta il-“Passio” primittiv – ukoll liż-żagħżugħ pagan Valerjanu u lil ħu dan, Massimu. “Xhieda bil-Grieg tgħid – “martirio” – kien jgħid Santu Wistin – kelma li aħna nużaw ordinarjament minflok mit-terminu korrispondenti Latin. Tant hu hekk li,  li meta konna rridu nsemmu lil dawk li iffaċċjaw umiljazzjonijiet u torturi biex jagħtu xhieda lil Kristu u kienu jissieltu sal-mewt fid-difiża tal-verità, aħna konna nsejħulhom “martiri”” (S. Augustini, Enarr. in Ps. 118, sermo 9,2). Tali kienet infatti Santa Cecilia, li ffaċċjat b’kuraġġ u serenità l-mewt. Għax konvinta profondament tal-verità li fiha kienet temmen, hekk parteċipi fl-opra redentriċi tal-ewwel martri, Ġesù. Hekk Santu Wistin ikompli l-kumment tiegħu: “Il-prìnċpijiet jistrieħu u jordnaw biex  jitwarrbu l-martri ta’ Kristu; il-martri bit-tbatijiet tagħhom jordnaw li jirrispettaw l-għedewwa tagħhom li s’issa ntilfu. Tal-ewwel jirrendu l-ħażin għat-tajjeb; l-oħrajn it-tajjeb għall-ħażin” (Ivi, sermo 9,3).

Ġesù miet fuq is-salib għall-verità imma wkoll biex isalva l-umanità mill-ħażin; huwa kien vittma ta’ espijazzjoni: “U hawn qiegħda l-imħabba – jikteb l-appostlu Ġwanni –: mhux  għax aħna ħabbejna lil Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat  lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna” (1 Ġw 4, 10). Tkun martri jfisser taċċetta li tmut ma’ Kristu u għal Kristu, biex tixhed l-awtentiċità ta’ mewtu feddejja u biex tipparteċipa fl-opra tiegħu tas-salvazzjoni. Il-martri jaċċetta b’kuraġġ il-prova li misterjożament tiġi fuqu u jabbanduna lilu nnifsu fiduċjuż mill-imħabba tal-Iktar Għoli, għall-ġid tal-aħwa. “Il-Martri – qal il-Kardinal Newman – mhumiex vittmi aċċidentali, maqbuda b’kumbinazzjoni; imma  magħżula, eletti bħala sagrifiċċju aċċettat sewwa lil Alla, don prezzjuż, il-fjur tal-fjuri tal-Knisja. Persuni li kienu jafu sewwa x’setà jistennihom mill-professjoni tagħhom tal-fidi, li kellhom fil-qrib l-apostasija, imma ssaportew u għall-imħabba ta Kristu issieltu u ma’ ċedewx . . . Il-martirju huwa, f’għajnejn il-fidi, wirja tal-poter speċjali ta’ Alla, miraklu kbir daqs dawk imwettqa viżibilment” (Card. Newman, Sermoni di Oxford, 1843). Ċeċilja wkoll kienet miraklu ta’ Alla, minnu magħżula biex twettaq fil-fidi lill-aħwa.

3. Ċeċilja – kif tirrakkonta l-parabbola tal-Vanġelu tallum – kienet waħda minn dawk ix-xebbiet għaqlin, li stennew l-Għarus ċelesti bil-musbieh jixgħel u biż-żejt barrani għalli jistà jkun: il-musbieħ tal-fidi, li hi kienet iżżidu kuljum bil-qari tal-Iskrittura Mqaddsa u billi tismà l-ministri ta’ Alla. Il-“Passio” jirrakkonta li kienet tgħożż il-Vanġelu f’qalbha u li, milquta għall-mewt, waqgħet fuq ġembha lemini, fuq irkubbtejha, b’dirgħajha mifruxa quddiemha, rasha baxxuta, bi tliet swaba ta’ idha l-leminija u wieħed tax-xellugija miftuħa biex tindika il-fidi tagħha fl-unità u fit-Trinità ta’ Alla. Hekk ukoll tidher fl-istatwa sabiħa tal-Maderno, meqjuma f’din il-bażilika  .

Dan huwa t-tagħlim fundamentali li tħallilna Santa Ċeċilja: hemm bżonn li nżommu mixgħul il-musbieħ tal-fidi; hemm bżonn li ngħassu  b’sebà għajnejn għall-pranzu ċelesti, għaliex iż-żmien ma huwiex tagħna u għal kull wieħed u waħda minna minn waqt għal ieħor tistà tidwi l-għajta tal-Vanġelu: “Hawn hu l-Għarus! Morru ilqgħuh!”.

Dan huwa musbieħ li jtina l-qawwa li naċċettaw il-ġrajjiet tal-ħajja, ukoll dawk dolorużi u kontrastanti, fil-prospettiva tal-feliċità eterna ma’ Alla, li hemm tistenniena fi rmiem l-eżistenza. Ix-xhieda tal-verità, kultant, turta, toħloq kuntrasti, tistà tqanqal mibegħda u persekuzzjonijiet. L-Imgħallem Divin diġa avżana: “La darba ippersegwitaw lili, se jippersegwitaw lilkom ukoll” (Ġw 15, 20); “Ħenjin intom, meta jinsulentawkom u jippersegwitawkom . . . minħabba fija” (Mt 5, 11). Il-fidi tgħidilna li Kristu rebaħ id-dinja: huwa dejjem magħna, kuljum, sal-aħħar tal-istorja. Fuq il-qabar tal-martri Rumana Ċeċilja, u ta’ tant xhieda oħra ta’ Kristu, ejjew għalhekk ngħollu ħsieb imfawwar b’imħabba u ammirazzjoni għal tant aħwa tagħna li qegħdin attwalment ibatu minħabba l-fidi tagħhom, Aħna niftakru fihom! Nitolbu għalihom! Niżżuhom ħajr għaliex l-eżempju tagħhom jikkopera biex iżomm tixgħel il-fjamma tagħna.

Dan huwa musbieħ li ż-żejt tiegħu jrid ikun miżjud kostantament bit-talb u bil-meditazzjoni, għaliex biss minn konvinzjonijiet personali profondi u mill-għajnuna soprannaturali tal-grazzja jieħu qawwa fina d-dawl tal-verità. Biex niffaċċjaw bħal Ċeċilja id-diffikultajiet u l-avversitajiet tad-dinja, huwa meħtieġ li l-musbieħ tal-fidi jkun mixgħul sewwa u d-dawl jiddi sewwa, hekk li jkun jistà jagħti kollox, ukoll il-ħajja!

4. Kif inhu magħruf, fil-Medjuevu interpretazzjoni kurjuża tal-“Passju” wasslet biex Santa Ċeċilja titqies bħala patruna tal-artisti tal-kant u tal-mużika. “Cantantibus organis – jgħid id-dokument – Caecilia in corde suo soli Domino decantabat dicens: “Fiat cor et corpus meum immaculatum ut non confundar!””. Mis-seklu XV ‘il quddiem l-ikonigrafija sabet ispirazzjoni kbira fl-interpretazzjoni li tirripreżenta lil Santa Ċeċilja bi strument mużikali. Imma fl-1516 Raffaello, bil-ġenju krejattiv tiegħu, f’pittura ċelebri issintetizza b’mod meraviljuż il-“passjoni” antika u l-interpretazzjoni tardiva, billi ppreżenta lil Ċeċilja bl-istrumenti tal-mużika terrena ħdejn riġlejha u kollha attentat tismà l-armoniji ċelesti.

Bix-xewqa ħajja li, bl-interċessjoni ta’ Santa Ċeċilja, il-mużika strumentali u l-kant orali wkoll ikomplu jagħtu glorja lil Alla, billi jgħollu l-erwieħ u jispiraw sentimenti ta’ fraternità u ta’ devozzjoni, ejjew nitolbu lill-martri Rumana l-grazzja li nħossu u niggustaw dejjem l-armonija divina tal-verità rivelata minn Kristu.

Amen!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading