Kumment minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum jippreżentalna l-figura tas-Samaritana (Ġw 4:5-42) li Ġesu’ jitlobha tixrob minn fuq il-bir.
Flimkien mal-fejqan tal-għami minn twelidu, u l-qawmien ta’ Lazzru, dan huwa wieħed mill-qari li l-Knisja kienet sa mill-ewwel żminijiet tagħha tippreżenta lil dawk li kienu qed jippreparaw għall-magħmudija fl-Għid Qaddis. Infatti dan il-qari kien jippreżenta x-xewqa ta’ ħajja ġdida li tista’ sseħħ biss f’Ġesu’. Kif naraw fil-Vanġelu tal-lum Ġesu’ huwa nfatti dik: “l-għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 4,14). Kif jgħidilna l-Papa fl-Angelus, ir-Randan jippreżenta dak iż-żmien ta’ tiftix, ta’ mixja, biex insibu verament lil Ġesu’. Imma d-dixxipli li jkunu miegħu jistagħbu jarawh jitkellem ma’ mara x’ħin jirritornaw. Anke huma li kienu daqshekk qrib tiegħu isibu diffikulta’ biex jifhmu lil Ġesu’.
U l-Papa jagħmel stedina lill-Knisja biex nagħrfu s-sorpriża ta’ Alla. Hemmhekk fejn aħna ma nagħrfu xejn, Alla jkun diġa qed jaħdem bil-grazzja tiegħU. Skont it-tradizzjonijiet ta’ żmienu Ġesu’ kellu jinjoraha dik il-mara. Imma hu ma jagħmilx hekk. U l-Papa jsejjaħ ukoll għal dik l-istess disponibilta’ fil-Knisja. Ejjew inkunu dak il-bieb ta’ ħniena li jilqa’ u jisma lil kulħadd!
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0Mz7TqMbBDawTNBRJdYh3Hc5nthcdkQUqdcGsb1UGHR6w8XEgJMeTorMAcXCAnagSl