07/03/2026: Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna jispjega fi ftit minuti l-Evanġelju li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.
Filmat: Nicholas Agius Deguara – Uffiċċju tal-Preżenza Diġitali
It-Tieni Qari għat-Tielet Ħadd: Rum 5:1-2,5-8
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani
Ħuti, issa li aħna ġġustifikati bil-fidi, għandna s-sliem ma’ Alla permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu; permezz tiegħu għandna d-dħul bil-fidi għal din il-grazzja li fiha qegħdin. Aħna niftaħru bit-tama li għandna li għad niksbu l-glorja ta’ Alla. U din it-tama ma tqarraqx bina, għax l-imħabba ta’ Alla ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna. Mela, meta aħna konna bla saħħa, Kristu, meta wasal iż-żmien, miet għall-ħżiena. Bilkemm wieħed imut għal wieħed tajjeb, għad li wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed ġeneruż. Iżda Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin.
Sors: www.knisja.mt