Attakk preċiż fuq l-Iran
Il President tal-Amerka, wara li f’attakk kontra l-Iran inrenxxielhom joqtlu lis-Awtorita’ suprema Kamelei, u wara jiem ta’ attakki mill-ajru, mgħejjuna minn Iżrael, qiegħed jitlob lill-Iranjani mhux biss li jċedu, imma li jċedu mingħajr kundizjonijiet.
Emmnuni l-aħwa, jiena nidħaq, għax anki tifel tan-nuna jifhem li kull bniedem, hu min hu, huma x’inhuma ċ-ċirkostanzi, jsibha diffiċli li ‘jċedi’ (to surrender), speċjalment f’idejn min ikun qiegħed jibgħat fuqek kulljum xita ta’ missili, joqtollok persuni mportanti u jeqridlek kull ma jkollu valur fuq artek.

Ħerba sħiħa minn ġurdien fil-kċina
Mela tajjeb, id-demonju bħal ġurdien bil-mustaċċi jidħollok fil-kċina, forsi jigdem lil ommok u din tmut minħabba l-gidma, jgħerrilek l-armadji u jidħollok f’kull cupboard u forn, u intant wara li jkun daħal u wassal għal din il-ħerba sħiħa, imbagħad jippretendi minnek li the way forward minn issa ‘l quddiem huwa li tafdah with uncondional surrender……
U int x’tistenna li dak il-ġurdien se jagħmillek jekk tagħtih free hand fil-kċina u fid-dar tiegħek?
U ajma ‘lil min tafu ssaqsix għalih’.
L-għadu tagħna jippenetra lil ruħna u jippretendi li jibqa’ fiha
U l-istess fir-ruħ tagħna.
Id-demonju mhux xi ġurdien tal-Year One li għadu jitwieled u għadu nnoċċenti.
Id-demonju huwa ġurdien xiħ, li jaf eżattament x’inhu jagħmel.
Ħallilu mqar xaqq ċkejken u arah dieħel qisu tiegħu.
Jifħol fis-satra tal-lejl meta int tkun għaddej jew għaddejja bil-mija, u joqgħod kwiet kwiet mistoħbi.
Meta jkun il-ħin opportun, arah jibda l-opra tiegħu li l-kċina tiegħek, jiġifieri ruħek jagħmililek għamartu, jiġifieri his dwelling place.
Ibża għal ruħek
Tajjeb mela int mort tieħu loan il-bank u Alla jaf kemm sagrifiċċji qiegħed tagħmel biex tħallas il-loan xahar wara l-ieħor, imbagħad jiġi dan il-galantwom u jippretendi li bla kuntratt għand in-nutar, u bla ma jkompli jħallas il-loan, int iċċeddielu ċ-ċwievet tad-dar, anki jekk iħallilek xi rokna fejn tqiegħed is-saqqu tiegħek u tibda torqod. Insomma he just takes over u għal ftit snin forsi jittolerak u jħallik tgħix hemm.
Hekk jippretendi d-demonju minnek: ‘unconditional surrender’.
‘Nintelaq f’idejk bħal priża’ (Santa Eliżabetta tat-Trinita’)
Hekk ittemm il-famuża Talba Trinitarja Eliżabetta tat-Trinita’: ‘nintelaq f’idejk bħal priża’, għax ifhimha jekk hemm xi ħadd li jixraqlu li nintelqu f’idejH bla kundizjonijiet, dan huwa Alla u Alla biss.

Meta int tintelaq f’idejn Alla, Alla jagħmlek isbaħ milli qatt kont, għax Alla jerġa joħroġ il-ġmiel oriġinali li int ġejt maħluq fih qabel ma n-natura tiegħek ġiet imtappna mid-dnub.
Kuraġġ għalhekk l-aħwa.
Oħorġu d-drones u sparaw fuq id-demonju, u għamlulihu diffiċli li jibqa’ ġewwa fik.
Bit-talb, bis-sawm u bl-umilta’, id-demonju jaħrab minn ġo ruħek b’saqajh ma darhu.
U ibqa’ dejjem taħt il-protezjoni ballistika tal-Madonna.
Ħejji ikla tajba, u stieden lil Madonna, lil San Ġużepp u lill Anġli tas-Sema ħalli jifirħu miegħek li qiegħed tafda ħajtek lil Min ħalqek għax ħabbek u lil Min ta ħajtu għalik fuq is-salib.