Via Matris

Seba’ mumenti ma’ Ommna Marija fit-tbatijiet tagħha ma’ Binha Ġesù.

Il-Via Matris hija devozzjoni Nisranija li tħares lejn it-tbatijiet tal-Verġni Marija matul il-ħajja u l-passjoni ta’ Binha, Ġesù Kristu. Din il-prattika spiritwali hija simili għall-Via Crucis, iżda filwaqt li l-Via Crucis tiffoka fuq it-tbatija ta’ Kristu, il-Via Matris tikkontempla l-uġigħ u l-fidi ta’ Marija bħala Omm li tissieħeb fit-tbatija ta’ Binha. 

Din id-devozzjoni bdiet tiżviluppa fis-seklu sittax u aktar tard ġiet approvata mill-Knisja. Il-Via Matris hija maqsuma f’seba’ stazzjonijiet, li jfakkru s-seba’ duluri ewlenin tal-Madonna matul il-mixja ta’ ħajjitha ma’ Ġesù. 

Is-seba’ stazzjonijiet huma …

  1. Il-profezija ta’ Xmun dwar Ġesù.
  2. Il-ħarba tal-Familja Mqaddsa lejn l-Eġittu.
  3. It-telfa ta’ Ġesù fit-tempju meta kien għadu tifel.
  4. Il-laqgħa ta’ Marija ma’ Ġesù fit-triq lejn il-Kalvarju.
  5. Marija taħt is-salib ta’ Binha.
  6. Marija tilqa’ lil Ġesù meta jitniżżel mis-salib.
  7. Id-difna ta’ Ġesù. 

Permezz tal-Via Matris, il-fidili huma mistiedna jimmeditaw fuq il-misteru tat-tbatija u jifhmu aħjar kif Marija baqgħet fidila u mimlija tama anke f’mumenti ta’ uġigħ kbir. Din id-devozzjoni tgħin lill-Insara jersqu aktar lejn Kristu u jitgħallmu minn Marija kif jiffaċċjaw it-tbatijiet tal-ħajja bil-fidi u bil-kuraġġ.


Mil-links ta’ hawn taħt tista’ ssib verżjonijiet differenti tal-Via Matris …

Via Matris għat-Tfal. Talba Marjana adattata għat-tfal fl-okkażjoni tar-Randan Imqaddes. Uffiċċju tal-Katekeżi tad-Djoċesti ta’ Għawdex. 2019.

Via Matris. Tifkira devozzjonali tal-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri.

Via Matris. Produzzoni tas-Santwarju Ta’ Pinu. Kitba ta’ Dun Samuel Grech. 2021.

Via Matris. Mixja ma’ Marija fid-Duluri tagħha. B’riflessjonijiet imħejjija minn Radju Prekursur. 2022.

Via Matris. Tifkira Devozzjonali tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri. Knisja San Ġakbu. Victoria, Għawdex. 2023.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading