V … F’din il-mixja ta’ Randan, aħna nafu li l-Mulej qiegħed magħna u jisma’ t-tnehid tagħna. B’fiduċja sħiħa, ejjew induru lejh u nitolbuh: Mulej, isma’ t-talba tagħna.
1. Sabiex kull min għandu xi responsabbiltà fil-Knisja jfittex li jwassal lill-Insara għall-verità sħiħa li Ġesù biex huwa l-għajn tal-ilma ħaj li jtaffi l-għatx tal-bniedem. Nitolbu
2. Sabiex kull min għandu setgħa fid-dinja, jaħdem flimkien għall-ġid komuni, jippromwovi kultura ta’ solidarjetà, fraternità, u kura, jipproteġi l-fqar, ir-refuġjati u l-vittmi kollha tal-gwerra u tal-inġustizzja. Nitolbu
3. Sabiex kull bniedem jinfetaħ għall-imħabba ta’ Alla li twassal għall-konverżjoni miegħu, mal-oħrajn u miegħu innifsu. Nitolbu
4. Sabiex bħall-mara Samaritana li tat xhieda ta’ dak kollu li Ġesù wettaq magħha, aħna wkoll ma nistħux nuru li aħna persuni li għażilna lil Ġesù bħala l-mudell ta’ ħajjitna. Nitolbu
V … Imsaħħin bil-għerf u l-ħniena tiegħek, Mulej, għinna ngħixu dan ir-Randan b’qalb sinċiera u karità effettiva lejn ħutna li huma l-aktar fil-bżonn. Bi Kristu Sidna.