Id-Didachè huwa wieħed mill-eqdem kitbiet tal-Kristjaneżmu, aktarx probabbilment bejn l-ewwel u t-tieni seklu wara Kristu. L-isem tiegħu ġej mill-Grieg u jfisser “tagħlim” jew “istruzzjoni”, u t-titlu sħiħ tiegħu huwa “It-Tagħlim tat-Tnax-il Appostlu”.
Ara kopja tad-Didachè minn hawn …
Kopja pdf tal-ktieb bil-Malti
Id-Didachè kien tip ta’ gwida għall-ewwel komunitajiet Insara. Fih istruzzjonijiet dwar kif kellhom jgħixu l-Insara, kif kellhom jitlobu, kif kienu jsiru ċerti ritwali bħall-magħmudija u l-Ewkaristija, u kif il-komunità kellha timxi fil-ħajja ta’ kuljum. Parti importanti minn din il-kitba hija dwar “it-triq tal-ħajja u t-triq tal-mewt”, jiġifieri l-għażla tan-Nisrani bejn ħajja tajba skont it-tagħlim ta’ Kristu jew ħajja ħażina.
Dan it-test huwa importanti ħafna għall-istudju tal-istorja tal-Knisja bikrija, għax jurina kif kienu jgħixu u jipprattikaw il-fidi tagħhom l-ewwel Insara, qrib iż-żmien tal-appostli. Għalkemm dan ma jagħmilx parti mill-Bibbja, id-Didachè xorta waħda jibqa’ dokument storiku u reliġjuż ta’ valur kbir.

Id-Didachè bil-Malti
Hija tassew grazzja għalina li fl-1999, Patri Donat Spiteri ofm cap kien ittraduċa dan it-test mill-Grieg għall-Malti u hekk illum, bil-permess tal-Komunità Kapuċċina f’pajjżna qed nippublikaw kopja tiegħu fuq il-Laikos.
Ara kopja tad-Didachè minn hawn …
Kopja pdf tal-ktieb bil-Malti
Dun Gorg, ghadna kif tellajna kopja pdf. Issibh hawn … https://laikosblog.org/didache/
Inkella minn din il-pagna … https://laikosblog.org/didache/
Dun Gorg, Grazzi tal-kummenti tieghek. Fil-jiem li gejjin nippruvaw naghmlu wkoll kopja pdf tal-ktieb.
Grazzi ħafna. Ktieb impressabli
Imma ma nafx kif inniżlu PDF jew Word.
Tista’ tgħini?
Dun Ġorġ Dalli