Ħsieb mill-Arċisqof għar-Randan 2026 – Ħadd il-Palm

Spread the love

28/03/2026: F’dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna jispjega fi ftit minuti l-Evanġelju li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.

Filmat: Nicholas Agius Deguara – Uffiċċju tal-Preżenza Diġitali


L-Evanġelju: Mt 21, 1-11

Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli u qalilhom: “Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli. Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh: “Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa’ jibgħathom lura””.

Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal: “Għidu lil bint Sijon: “Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek, ġwejjed, riekeb fuq ħmara u fuq felu, ferħ ta’ bhima tat-tagħbija””.

Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù; ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom.

Għadd kbir ta’ nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq. Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajtu u jgħidu: “Hosanna lil Bin David! Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!”.

Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet u n-nies bdew jgħidu: “Dan min hu?” U l-folol weġbuhom: “Dan hu l-profeta Ġesù minn Nażaret tal-Galilija”.

Sors: www.knisja.mt

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading