Nostalġija t’Alla. Niċċelebraw l-Evanġelju tat-Trinitá Qaddisa.

Minn Fr Jimmy Bonnici

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.

  1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”. Ġw 3:16-18

  1. Riflessjoni/talba:

i. Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Fid-dalma tal-lejl
Nikodemu jiskopri x’hemm fil-qalba tal-univers!

L-inizjattiva tal-Missier li joħloq
hija l-istess inizjattiva li tfittex kontinwament
li ssalva

li tara li ma naqtgħux qalbna mill-ħajja
tlaqqagħna mal-Iben il-Maħbub
u tagħtina perspettiva ġdida;

kull ħlejqa maħluqa fiH – b’imħabba
jien maħluq għaliH – mhux se nintilef
mhux se nispiċċa, fallut.

Irrifletti:
X’inhi l-perspettiva dominanti tiegħek fuq il-ħajja?

ii. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.

L-Iben il-Maħbub tal-Missier,
natura waħda mal-Missier
imma wkoll mibgħut!

Il-meravilja ta’ mħabba li tiftaħ
biex tinkludi d-dinja
biex l-ebda ħlieqa ma tibqa’ magħluqa fiha nnifisha.

L-Ispirtu, l-imħabba bejn il-Missier u l-Iben,
huwa l-istess Spirtu li ġej mill-Missier u mill-Iben
biex aħna ma nibqgħux magħluqin fina nfusna

imma ningħaqdu maż-żifna li tiftaħna
biex ħaddieħor ukoll isalva.

Irrifletti

Fejn tara l-ħidma tal-Ispirtu fik? Madwarek?

iii. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”.

Ġesù ma ġiex biex jikkundanna
iżda biex biH id-dinja issalva.

Xi traġedja
meta l-għajnuna ma nilqagħhiex;
meta l-opportunità narmiha;
meta l-qalb tingħalaq flok tinfetaħ.

meta ngħix daqs li kieku Alla ma jeżistix.

Irrifletti
Kif tirrelata m’Alla fil-ħajja ta’ kuljum? Fejn tinnota l-istedina tiegħu?

  1. Missierna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading