Il-Ħadd, 11 ta’ Ottubru 2020
Ilbieraħ il-Papa Franġisku bbeatifika żagħżugħ. Meta miet fl-2006, Carlo Acutis kellu 15-il sena. Twieled Londra minn ġenituri Taljani u trabba Milan. Kien bniedem tal-ġenerazzjoni tiegħu, kien attiv ħafna anke fuq l-internet, għamel websajt bil-mirakli tal-Ewkaristija li wieħed għad jista’ jsibha sal-lum. Kien bniedem normali, iħobb jilgħab il-futboll, imur fil-kampanja. Fil-fatt, ħafna ritratti ta’ Carlo Acutis huma fuq il-muntanji jew f’xi vjaġġ.
Aktar