Il-Papa Beneduittu XVI dwar personaġġi kbar tal-Knisja
… Nafu sew x’għamel il-Papa Ljun, grazzi għall-omeliji mill-isbaħ tiegħu – inżammu kważi 100 miktubin f’Latin sabiħ u ċar – u grazzi għall-ittri tiegħu, madwar 150 waħda.
F’dawn it-testi l-Papa jidher fil-kobor kollu tiegħu, mogħti għas-servizz tal-verità fl-imħabba, permezz tat-tħaddim assidwu tal-kelma, li turina fih teologu u fl-istess ħin ragħaj. Ljun il-Kbir, il-ħin kollu jħeġġeġ lill-fidili tiegħu u lill-poplu ta’ Ruma, imma attent ukoll għall-komunjoni bejn id-diversi Knejjes u l-ħtiġijiet tagħhom, kien sostenitur u promutur bla heda tal-primat Ruman, fejn ippreżenta ruħu bħala l-werriet awtentiku tal-Appostlu Pietru: dan urew li kienu jafuh sew l-għadd ta’ Isqfijiet, fil-parti l-kbira mil-Lvant, miġbura għall-Konċilju ta’ Kalċedonja …
Ara aktar mill-Papa Benedittu XVI dwar personaġġi kbar tal-Knisja …
Kif ukoll …
Benedittu XVI – Katekeżi dwar Appostli u personaġġi oħra importanti tal-Knisja bikrija …
Benedittu XVI – Katekeżi dwar San Pawl matul is-Sena Pawlina …