Nirringrazzjawkom għad-dinjità u kura li tagħtu lill-pazjent. Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

It-Tlieta, 28 ta’ April 2026: Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-tberik ta’ magna ġdida b’donazzjoni mill-Action for Breast Cancer Foundation. Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, Msida.

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jien nixtieq nirringrazzjakom u nagħmlilkom kuraġġ. Din it-talba li nagħmlu mhix biss fuq l-isptar imma fuq il-professjonisti wkoll. Nirringrazzjawhom! Dan huwa mument ukoll li nirringrazzjaw tant nies iddedikati li lill-pazjent jagħtuh dinjità u kura; imma anke lill-Istat tal-ħidma kollha tiegħu; lilkom ukoll NGOs. Dan huwa mument fejn is-soċjetà ċivili permezz tagħkom qed tikkopera mal-Istat għall-ġid tal-persuna umana.

U jiena nawgura wkoll li dan il-ħolm pożittiv li joħloq ċentru ta’ eċċellenza; jista’ jkun ukoll preżenza importanti fil-Mediterran. Għax aħna għandna dan il-punt strateġiku, li qabel kien jintuża għall-gwerer, min jaf kieku issa jintuża għas-saħħa? U l-loġistika tagħna, tkun preżenza qawwija fil-Mediterran ta’ dawn is-servizzi. Ovvjament jiddependi mill-konnettività wkoll.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading